Taħdita mill-APS dwar l-ekonomija ċirkolari

Read in English.

L-ekoonomija ċirkolari, it-tifsira tagħha u l-applikazzjoni tagħha fil-ħajja reali hija l-mira fit-taħdita li jmiss tal-APS li se ssir nhar il-Ħamis 10 ta’ Settembru. Is-17-il taħdita fis-serje tal-APS se tkun ippreżentata minn Corinne Fenech, il-fundatriċi ta’ TinkTings.com.

Is-Sinjura Fenech hija konsulent u trejner li l-qasam fil-kompetenza tagħha hija l-innovazzjoni, b’enfasi fuq Negozju Sostenibbli, Esperjenza tal-Klijent u l-Iżvilupp tal-Impjegati.

It-taħdita se tiddiskuti l-kunċett tas-Circular Economy fi kliem sempliċi u tispjega x’inhu u għaliex dan il-kunċett huwa daqshekk importanti. Se tinvestiga wkoll kif l-ekonomija ċirkolari ma tistax taħdem jekk il-gvernijiet, in-negozji u l-konsumaturi ma jaġixxux flimkien billi jenfasizzaw kif kull wieħed minn dawn il-plejers għandu l-poter li jibda l-azzjoni fuq l-oħrajn. It-taħdita se tkopri wkoll x’nistgħu nagħmlu sabiex niffukaw l-ekonomija ċirkolari. Min hu interessat dwar din it-taħdita b’xejn, għandu jidħol f’dan il-link.

Dan it-tagħrif twassal minn APS Bank.