Taħdita fix-Xgħajra għal ftuħ tax-Xahar tal-Ħolqien

Read in English.

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent ser tiftaħ ix-Xahar tal-Ħolqien biċ-ċelebrazzjoni ta’ Quddiesa.

Fi stqarrija l-Kurja qalet li nhar it-Tlieta 3 ta’ Settembru se jkun hemm taħdita mill-Professur Carmel Agius dwar is-seħer tal-ħajja f’qiegħ il-baħar tax-Xgħajra u r-rabta li dan għandu man-nies tal-lokal.

Kulħadd huwa mistieden għall-attività se ssir f’Dawret ix-Xatt fix-Xgħajra.

Ta’ kull sena, bejn l-1 ta’ Settembru u l-4 ta’ Ottubru, ix-Xahar tal-Ħolqien jistedinna biex bħala familja waħda nfittxu li flimkien insaħħu r-relazzjoni tagħna ma’ xulxin, mal-ħolqien u mal-Ħallieq. Ix-Xahar tal-Ħolqien beda fl-1989 meta l-Patrijarkat tal-Knisja Ortodossa ddedika l-1 ta’ Settembru għat-talb għall-ħolqien.