Taħdidiet għall-waqfien mill-ġlied f’Gaza

Diversi taħdidiet jinsabu għaddejjin fil-Kajr bil-għan li jkun hemm waqfien mill-ġlied f’Gaza, wara sforzi ġodda li saru.
Kelliema għall-Palestina qalu li llum se jitilqu jekk l-Iżrael jattendu mingħajr kundizzjonijiet imposti.
Madanakollu, l-Iżrael insista li mhux se jirritorna qabel jintemmu l-attakki militari.
Ir-Renju Unit, Franza u l-Ġermanja ħarġu stqarrija fejn talbu lill-Iżrael u l-Hamas biex jaqblu għall-ftehim ġdid wara li l-ftehim ta’ 72 siegħa li ntlaħaq il-ġimgħa li għaddiet ma kienx imġedded.
Mill-inqas 1,960 persuna nqatlu sa mill-bidu ta’ Lulju, meta l-vjolenza issoktat f’Gaza.
In-Nazzjonijiet Magħquda rrappurtat li 1,900 persuna li tilfu ħajjithom kienu Palestinjani.