Taħdita pubblika dwar l-Kristjaneżmu u l-Iżlam

Il-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ jattendi għat-taħdita pubblika minn Dun Joseph Ellul li se titratta s-suġġett ta’ punti ta’ konverġenza bejn l-Iżlam u l-Kristjaneżmu mis-seklu 7 sas-seklu 9.

It-taħdita se ssir illum fis-6.30pm fir-Refettorju l-antik tal-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana.

Dun Dr Joseph Ellul huwa espert fuq l-istudji tal-Iżlam.

It-taħdita qed tiġi organizzata mill-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi u mis-Socjetà Patristika Maltija.

Id-dħul għal din it-taħdita huwa b’xejn.