​Taħbat ma’ karozza pparkjata u tispiċċa fil-periklu tal-mewt

Anzjana ta’ 79 sena residenti Marsaxlokk tinsab f’qagħda kritika wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Marsaxlokk stess.
L-inċident seħħ fi Triq iż-Żejtun għall-ħabta tat-8.30am.
Il-mara kienet qed issuq il-karozza tagħha minn Bir id-Deheb fid-direzzjoni ta’ Marsaxlokk meta ħabtet ma’ karozza pparkjata.
Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn instab li kienet fil-periklu tal-mewt.