Taħbat ġol-barrier tal-mini ta’ Santa Venera

Maltese Roads Traffic Updates

Mara ta’ 24 sena lbieraħ tard filgħaxija ħabtet fil-barrier li jinsab taħt il-mini ta’ Santa Venera.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fl-10:20pm.

Il-mara mis-Sannat Għawdex ma sofriet l-ebda ġrieħi.