Taħbat bil-mutur; ġrieħi gravi

Mara qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’ħabta bil-mutur billejl fil-Gżira.

L-inċident ġara fi Triq Testaferrata fis-1.10am.

Il-mara ta’ 30 sena mill-Perù ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’emerġenza billi hija kienet qed issuq il-mutur meta ħabtet ma’ karozza. Il-karozza saqet minn fuq il-post.

Fl-isptar ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.