Taħbat bil-mutur fl-aħħar jum tal-2018; “grazzi talli waqaftu’

Annette Agius

Mara li lbieraħ ħabtet bil-mutur tagħha f’Raħal Ġdid kitbet fuq Facebook biex tirringrazzja lil dawk li waqfu jagħtu l-għajnuna.

Fuq Facebook, Annette Agius kitbet li kienet involuta f’inċident ilbieraħ filgħodu fi Triq Kordin. Hija weġġgħet ħafif.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li karozza misjuqa minn mara residenti tas-sliema kienet involuta fl-inċident li seħħ għall-ħabta tat-8.15 am.