Taħbat bil-karozza ma’ siġra u teħlisha ħafif

Mara ta’ 42 sena ma tinsabx fil-periklu tal-mewt wara li ħabtet bil-karozza ma’ siġra fin-Naxxar.

Kien għal ħabta tal-ħamsa u kwart ta’ waranofsinhar meta l-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċiednt tat-traffiku fi Triq Tal-Labour, in-Naxxar.

Jidher li l-mara li kienet qed issuq fid-direzzjoni lejn Ħal Lija, għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-karozza u baqgħet dieħla ġos-siġra.

Fuq il-post tal-inċident marret mill-ewwel ambulanza li ħadet lill-mara lejn Mater Dei għall-kura medika. Il-mara ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġriehi ta’ natura gravi iżda ma tinsabx fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija qed tinvestiga.