Tah daqqa ta’ ponn minħabba l-parkeġġ

Ir-raġel li kien qed jiġi akkużat li ta daqqa ta’ ponn lill-gwardjan tas-sigurtà tal-Awtorità tal-Ippjanar fl-2012, ġie ddikjarat mhux ħati talli weġġa’ lill-gwardjan minħabba li għamel dan biss biex jiddefendi ruħu.
L-argument seħħ meta r-raġel ipprova jipparkja l-karozza tiegħu fil-parking quddiem il-binja tal-Bord tal-Appelli tal-Awtorità tal-Ippjanar u l-gwardjan talbu tlett darbiet biex ma jipparkjax f’din iż-żona.
Ix-xufier ma aċċettax it-tielet twissija tal-gwardjan u kien hawnhekk li għajjru ‘injorant’. Meta semgħa dan il-kumment, il-gwardjan qabad lix-xufier minn għonqu u żammlu id minnhom.
Kien hawn li x-xufier ta daqqa ta’ ponn lill-gwardjan tas-sigurtà, li kisirlu mnieħru u ħallih b’5% diżabilità permanenti.
Għaldaqstant, il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit saħqet li dan kien każ leġittimu ta’ awto-difiża u għaldaqstant l-aggressjoni kienet waħda bir-raġun, la darba waqaf malli l-gwardjan waqa’ mal-art.