Tagħrif importanti għall-mixja ta’ lejlet il-Ġimgħa l-Kbira

Puttinu Cares qiegħda tavża li min beħsiebu jmur għall-mixja ta’ lejlet il-Ġimgħa l-Kbira għandu jkun jaf dawn id-dettalji:

  • Li din is-sena l-mixja se tibda aktar kmieni, fin-12.30am, minn ħdejn il-Knisja Parrokkjali tal-Mellieħa
  • Minħabba l-proġett tal-Marsa, il-mixja se tispiċċa fil-Fosos tal-Furjana
  • It-trasport mill-Fosos għall-Mellieħa se jibda l-Ħamis fl-10pm
  • Wieħed m’għandux bżonn jirreġistra biex jipparteċipa fil-mixja, iżda hu mitlub jagħti donazzjoni ta’ €10 għal Puttinu Cares
  • Għat-trasport b’xejn, wieħed irid jibbukkja billi jċempel fuq 99991800 jew iżur is-sit elettroniku
  • It-trasport se jkun disponibbli mill-Fosos tal-Furjana direttament għall-Mellieħa u lura biss, qabel u wara l-mixja

Din se tkun is-16-il edizzjoni tal-mixja annwali li ssir b’risq Puttinu Cares, li tgħin lil dawk li jbatu bil-marda tal-kanċer.