Tagħmir mediku importanti għandu jiġi manifatturat fl-UE – AD

Read in English.

L-Alternattiva Demokratika (AD) qalet li mhux aċċettabli li tagħmir mediku important mhux manifatturat fl-Unjoni Ewropea.

Fi stqarrija l-AD qalet li llum organizzat konferenza tal-aħbarijiet dwar il-futur wara l-kriżi tal-coronavirus. Ippreżentat ukoll dokument b’għadd ta’ proposti.

“Mhux aċċettabbli li fl-Unjoni Ewropea jkollok sitwazzjoni fejn tagħmir protettiv, testijiet mediċi u mediċini, jew jispiċċaw jinħatfu kollha minn xi stati membri a skapitu ta’ oħrajn. Lanqas m’hu aċċettabbli li tagħmir tant importanti lanqas biss jiġi manifatturat fl-Unjoni Ewropea,” qalet l-AD.

Fi żminjiet ta’ kriżi, id-distribuzzjoni ta’ ċertu tagħmir taf titħarbat. Dan minħabba diversi fatturi inkluż miżuri imposti dwar trasport kif ukoll pajjiżi li jipproduċu dan it-tagħmir jistgħu jispiċċaw iżommu dan it-tagħmir f’pajjiżhom biex isolvu l-kriżi li jkunu qed jaffaċċjaw huma.

Il-partit qal li Malta għandha tinsisti li jitwaqqaf laboratorju pubbliku tal-Unjoni Ewropea li jiżgura li mediċini essenzjali, tagħmir mediku u testijiet mediċi jkunu dejjem aċċessibbli.

“Hemm bżonn li l-kummerċjalizzazzjoni tal-għerf xjentifiku ma jitħallhiex ixekkel is-saħħa pubblika. Il-koperazzjoni għandha tiġi qabel il-kompetizzjoni,” saħqet l-AD.

L-AD qalet li kull kumapnija li se tirċievi xi forma ta’ għajnuna pubblika għandha tkun obbligata biex tbiddil il-ħidma biex tintlaħaq il-mira li ż-żieda fit-temperatura medja tad-dinja tinżamm taħt il-1.5°C.

Tista’ taqra l-proposti kollha minn hawn: