“Tagħmilx ħalib mal-iscrambled eggs”

Minkejja li ħafna nies jgħidu li meta żżid il-ħalib mal-bajd imħabbat, jagħmlu aktar kremuż,
diversi koki jmeru dan u jgħidu li mhux minnu. Dan Joines, kok li jmexxi restorant rebbieħ ta’ diversi premji f’Londra, qal li l-ħalib, meta miżjud mal-bajd imħabbat, jitilfilhom it-togħma u jsiru qishom lastiku.

Min-naħa l-oħra, Luke Selby, li jaħdem fir-restorant rinomat Hide f’Londra qal li l-ħalib
jagħmel l-iscrambled eggs qishom dawk li jingħataw fl-iskejjel. Madanakollu, din hija kwistjoni ta gosti, u kulħadd għandu l-mod tiegħu kif isajjarhom.