Tagħmel sitt ijiem bil-ġuħ biex titma’ lil 4 uliedha

Omm għamlet sitt ijiem mingħajr ikel biex tkun tista’ titma’ lit-tfal tagħha fil-vaganzi tas-sajf fl-Ingilterra.

Sadie Drew, li għandha 30 sena, ma setgħetx titma lit-tfal tagħha u għaldaqstant kellha titlob l-għajnuna tal-food bank.

Bħal bosta ġenituri oħra fir-Renju Unit, Sadie kien jirnexxielha tgħix minħabba li uliedha kienu jieklu b’xejn mill-iskola. Meta ma jkunx hemm skola, jkollha tissielet sabiex tlaħħaq mal-ħajja biex tipprovdi biżżejjed ikel għal uliedha, saħansitra tagħmel żmien twil mingħajr ma tiekol hi stess.

Sadie tinkoraġġixxi ġenituri oħra sabiex jagħmlu użu mill-food bank fi żminijiet diffiċli bħal dawn.