Read in English.
Wieħed mill-vantaġġi li taħdem fil-qasam tat-turiżmu – fl-ajruport, f’lukanda, f’restorant – hu li għandek iżjed ċans li tiġi wiċċ imb wiċċ ma’ xi ċelebrità.
Hekk ġralha Jessica Grech Parnis dan il-lejl, għaliex inzertat għamlet iċ-check-in fl-ajruport lill-kantant Jason Derulo, li kien għadu ġej mill-kunċert tal-Isle of MTV, u qabel ma telaq minn Malta.
Meta tkellmet ma’ Newsbook.com.mt, Jessica stqarret li l-kantant huwa pjuttost mistħi fil-verità, u jidher li ma jħobbx l-attenzjoni. Kien il-maniġer tiegħu, qalet Jessica, l-aktar li tkellem u li offrielha biex tieħu ritratt miegħu.
Hija żiedet li tħossha xxurtjata li rnexxielha tiltaqa’ ma’ dan il-kantant fuq il-post tax-xogħol.
https://www.facebook.com/photo.php?fbid=1741847769263532&set=a.332772016837788.80374.100003149776815&type=3&theater