Tagħlaq sninha l-poeta Maria Grech Ganado

Il-poeta Maria Grech Ganado llum qed tiċċelebra għeluq is-77 sena tagħha. Twieldet f’Ħal-Lija bħal-lum fl-1943. Maria studjat fl-universitajiet  ta’ Malta, Cambridge u Heidelberg.

Maria kienet l-ewwel mara Maltija b’kariga ta’ full time lecturer fl-Università ta’ Malta fl-1971.

Sena wara, fl-1972 iżżewwġet lil Louis Grech u kellha tlett ulied Xandru (Grech), Louisa u Francesca.

Maria Grech Ganado b’Xandru meta kellu 8 xhur

Bosta xogħlijiet ta’ Maria Grech Ganado ġew ippubblikati anki f’rivisti fl-Ingilterra u l-Awstralja.

Xandru, Francesca u Louisa: ulied Maria

F’Jannar ta’ din is-sena Maria Grech Ganado rebħet il-premju fil-kategorija Poeżija bil-Malti u bl-Ingliż bil-ġabra Framed (Merlin Publishers). Peress li diġà rebħet il-premju msemmi fl-2000, l-2006 u l-2015, Grech Ganado hija wkoll l-ewwel rebbieħa tal-Premju Poeta Lawreat.

Maria Grech Ganado fis-Snin 60, fil-bidu tax-xandir f’pajjiżna

Bejn l-1999 u l-2018 hija ppubblikat tmien kotba: Iżda Mhux Biss (1999), Skond Eva (2001), Ribcage (2001), Fil-Ħofra Bejn Spallejha (2005), Cracked Canvas (2005), Memory Rap (2005), Taħt il-Kpiepel f’Għajnejja (2014) u Framed (2018).

Il-poeżija tagħha San Valentinu hija poeżija li ħafna studenti qed jitgħallmuha bħalissa fl-iskejjel sekondarji. Insemmu wkoll li monografija tal-poeżiji tagħha hi studjata wkoll għall-Livell Avvanzat tal-Matsec.

Awguri Maria!