Tagħlaq fergħa tal-BOV wara li ħaddiem ħassu ma jiflaħx

Il-fergħa tal-BOV tal-Ibragg ingħalqet wara li ħaddiem ħassu ma jiflaħx. Il-ħaddiem qed jistenna r-riżultat tat-test tal-coronavirus.

Fi stqarrija l-Bank of Valletta qal li l-fergħa ngħalqet illum fuq deċiżjoni tal-amministrazzjoni tal-BOV.

Il-bank qal li bħala miżura ta’ prekawzjoni, il-ħaddiema l-oħra tal-fergħa qegħdin fi kwarantina sakemm joħroġ ir-riżultat tat-test.

“Il-bank qed jaħdem flimkien mal-awtoritajiet tas-saħħa fuq bażi regolari u se jkun qed jieħu l-miżuri neċessarji fl-aħjar interess tal-klijenti u tal-ħaddiema. Din hija miżura temporanja li qed taffettwa l-ħidma fil-fergħa tal-Ibraġġ biss u l-bank se jkun qed jieħu l-miżuri kollha biex jerġa’ jiftaħ malli jkun sigur biex dan isir,” qal il-BOV.

⚠️ Sabiex ngħinu fil-prevenzjoni tat-tixrid tal-COVID-19, b'effett mit-23 ta' Marzu, l-inqas ammont li tista' tiġbed…

Posted by BOV on Friday, March 20, 2020

Intant spiżerija f’Ħal Balzan għalqet il-bibien tagħha għal jumejn fi prekawzjoni wara li ħaddiem marad bil-coronavirus.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.