Tag: Zwieg Gay

Filmat: Tgħidlu “IVA” waqt it-tieġ ta’ Kelma Kelma u Nota Nota

Għat-tieni darba konsekuttiva, il-kunċert ta' Kelma Kelma, Nota Nota kien suċċess. Dawk li marru għall-ewwel darba żgur ħadu gost kif il-mużika rnexxielha tiżżewweġ mal-kelma Maltija. Id-dawl mexa minn fuq il-palk għal fuq il-pubbliku meta f'daqqa u l-ħin, il-preżentatur Ray Calleja niżel fost in-nies b'barmil f'idejh u bix-xampanja u ħa stessu mal-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca u s-Sinjur Preca.

Parlament: Il-Gvern iressaq mozzjoni għall-bdil fil-Liġi taż-Żwieġ

Fil-Parlament inbeda l-proċess leġiżlattiv biex jiġi emendat l-Att dwar iż-Żwieġ. Is-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja Owen Bonnici ressaq mozzjoni fil-Parlament għall-Ewwel Qari tal-abbozz ta' liġi.

Awdjo: “Is-soċjetà m’għandiex tbiddel in-normi taż-żwieġ” – Dr Galea Salomone

Waqt diskussjoni fuq programm tar-radju fuq l-istazzjon nazzjonali, Dr Galea Salomone qal li l-abbozz tal-unjoni ċivili hu ekivalenti ghal żwieġ.

Referendum fil-Kroazja biex jitneħħa ż-żwieġ omosesswali

Jekk jirbaħ il-vot tal-Iva, il-kostituzzjoni tal-Kroazja għandha tiġi mibdula u b’hekk ma jitħallix li jkun hemm żwieġ omosesswali.

Fi Franza jasal ukoll l-ewwel divorzju omosesswali

Skont waħda mill-partijiet tal-koppja, Rémy Rubaudo, hi u l-mara tagħha kienu ilhom jgġixu separatigħal bosta xhur. Qalet li żżewwġu fi Franza biex ikunu jistgħu jġibu d-divorzju, u b’hekk jistgħu jevitaw diversi problemi legali fosthom dwar dejn bejn il-koppja.

Il-Parlament Ingliż japprova ż-żwieġ għall-koppji tal-istess sess

Koppji tal-istess sess fl-Ingilterra u Wales, li sa mis-sena 2005 kellhom id-dritt għall-unjoni ċivili, issa se jkunu jistgħu jiżżewġu. Dan hekk kif ilbieraħ fil-Parlament Ingliż, għaddiet il-mozzjoni finali li mistennija tkun approvata mill-familja rjali din il-ġimgħa.

Franza tapprova ż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess

Franza approvat iż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess, biex b’hekk Franza saret l-erbatax -il pajjiż li approva dan iż-żwieġ.

Vot fi Franza dwar iż-żwieġ u l-adozzjonijiet bejn persuni tal-istess sess

Illum fi Franza mistenni jittieħed vot dwar iż-żwieġ u adozzjonijiet minn koppji tal-istess sess. L-Arċisqof ta’ Pariġi, il-Kardinal Andre Vingt-Trois, se jkun qiegħed jidher quddiem il-Kummisjoni tal-Liġijiet fi ħdan is-Senat biex jitkellem dwar partijiet minn din il-liġi.

L-Isqfijiet Ingliżi jappellaw lill-MPs Ingliżi biex jaħsbuha sew dwar il-liġi ta’...

B’400 vot favur u 175 vot kontra, il-membri tal-House of Commons Ingliża qablu maż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess.

Fi Franza jingħata vot favur żwieġ bejn koppji gay

L-Assemblea Nazzjonali Franċiża approvat l-iktar artiklu importanti tal-abbozz ta’ liġi li finalment għandu jillegalizza żwieġ bejn koppji tal-istess sess.