Tag: Wheelchair

Filmat: “Kienu jgħiduli biex ma nagħmilx PE; kont nipprova xorta”

Aquilina spjega kif l-imħabba għall-isport nibdtet minn tfulitu. Qal li hu qatt ma ħalla d-diżabilità tiegħu twaqqfu milli jkompli mat-tfal l-oħrajn waqt il-lezzjonijiet tal-edukazzjoni fiżika (PE). Qal li bosta adulti kienu jgħidulu biex joqgħod lura. Sostna li kien jaf li huma kienu qed jgħidulu dan għall-ġid tiegħu, imma kien jipprova xorta waħda. Qal li kien jipprova bil-mod tiegħu u kien jirnexxielu xorta.

Filmat: Id-diżabbilità ma twaqqafhiex milli tiżfen

Kienet involuta f'inċident fl-2010

Filmat: “Għas-sena l-ġdida nixtieq il-libertà u l-indipendenza”

Qal li jixtieq li ommu tieqaf titrattaħ ta’ tifel żgħir u tħallih jieħu ċertu deċiżjonijiet waħdu fosthom x’jilbes, kif jagħmel xagħru, jew sempliċiment biex jagħmel kafè. Talabha biex turi iktar fiduċja fih, tinkoraġġih u tkun pożittiva biex jakkwista l-indipendenza li jixtieq.

Awdjo: “Baskitbol wheelchairs għal iktar mobbiltà u inklużjoni” – Jonathan Shaw

​L-eks kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Jonathan Shaw għadu kif xtara 10 baskitbol wheelchairs bl-għanijiet li jippromwovi l-mobbiltà kif ukoll li iktar persuni jkollhom l-opportunità jilagħbu baskitbol, anke jekk jużaw wheelchair.

​Ritratti: “Għax bis-siġġu tar-roti minix milqugħ fi żmien il-festa”

Raġel li ilu għal dawn l-aħħar erba’ snin fuq siġġu tar-roti qal ma’ Newsbook.com.mt li ma jħossux milqugħ fil-lokalitajiet fi żmien il-festi.

Logħob tal-Basketball u Rugby għall-nies fuq wheelchair

Organizzazzjoni ta' logħob għall-persuni li jużaw il-wheelchair

Diffikultajiet fl-Università għal min juża s-siġġu tar-roti

Żewg timijiet daħlu minn żewg entraturi differenti tal-Universita' u mxew f'siġġu tar-roti lejn il-"lecture centre" tal-Università ta' Malta