“Mara eżemplari, b’qalb tad-deheb, tieħu l-inizjattiva biex tgħin lill-oħrajn, attiva ferm fis-soċjetà” – dawn kienu ftit biss mill-kliem ta’ mħabba li ħarġu minn fomm it-tliet zijiet ta’ Christine, li eżatt bħal-lum sena tilfet ħajjitha traġikament meta marret togħdos fi Mġarr ix-Xini u ttellgħet bla ħajja.