Tag: Vjolenza Domestika

“Ħafna nisa qed jinqabdu f’darhom ma’ dak li jabbużahom u jweġġagħhom”...

Diversi torrijiet se jkunu qed jinxtelgħu bil-kulur oranġjo għal sittax-il ġurnata ta’ għarfien u attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

Il-vjolenza fuq in-nisa hi injoranza – Zammit Lewis

Il-Ministru Edward Zammit Lewis kien qiegħed jitkellem fil-Parlament

8 xhur ħabs wara li sawwat lis-sieħba tiegħu

Raġel ta’ 33 sena ntbagħat tmien xhur ħabs wara li l-Qorti sabitu ħati li kkawża ġrieħi ħfief fuq mara li dak iż-żmien kienet is-sieħba tiegħu.

135 vittma ta’ vjolenza domestika jingħatalhom avukat

Fl-aħħar sitt xhur mindu ngħataw aċċess għall-avukat tal-għajnuna legali, kien hemm 135 vittma ta’ vjolenza domestika.

Simulator għall-Pulizija biex jifhmu lit-tfal vittmi tal-vjolenza domestika

Il-Korp tal-Pulizija inawgura simulator iffukat biex l-uffiċjali tal-Korp jifhmu aħjar ir-realtajiet tal-vittmi tal-vjolenza domestika.

Li terfa’ s-salib tfisser li tieħu l-passi biex l-abbuż jispiċċa –...

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi qal li meta wieħed ikun jed jerfa’ s-salib f’sitwazzjoni ta’ abbuż ifisser li l-vittma tieħu l-passi neċessarji biex l-abbuż jispiċċa.

Filmat: “M’għandekx taċċetta nuqqas ta’ rispett, abbuż u vjolenza f’isem l-imħabba”...

Il-kantanta Claudia Faniello wasslet filmat fejn hi tħeġġeġ lil dawk kollu li qed isofru minn vjolenza domestika, biex ma jgħixux dan il-mument weħidhom.

“Il-vuċi ta’ missieri jgħidli li jixtieq li qatt ma twelidt għadha...

Mara li llum il-ġurnata għandha 70 sena rrakkuntat kif darba missierha kien qalilha li jixtieq li qatt ma twieldet. Qalet li l-vuċi ta’ missierha tgħid din il-frażi għadha ttambar f’moħħha sal-lum.

Tibda konsultazzjoni fl-istandards tad-djar għall-vittmi ta’ vjolenza domestika

Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon ħabbar sett ta’ standards biex jiġu applikati fi djar residenzjali li jilqgħu fihom nisa vittmi ta’ vjolenza domestika.

Vjolenza domestika: Kordinament ikbar bejn il-Pulizija u l-Appoġġ

Fl-ewwel erba’ xhur ta’ 2020 saru diversi inċentivi biex tiġi indirizzata l-vjolenza domestika fil-Gżejjer Maltin fosthom tisħiħ fil-kordinament bejn il-pulizija u l-Aġenzija Appoġġ.