Tag: Unjoni Ewropea

Is-saħħa pubblika l-ogħla prijorità għall-Maltin – stħarriġ PE

Għall-Maltin, l-ogħla prijorità bħalissa fl-infiq tal-baġit tal-Unjoni Ewropea hija s-saħħa pubblika. Dan ħareġ minn stħarriġ li sar mill-Parlament Ewropew li staqsa liċ-ċittadini Ewropej dwar il-fehmiet tagħhom dwar il-kriżi tal-coronavirus u l-attitudnijiet tagħhom lejn l-Unjoni Ewropea.

L-Isqfijiet Ewropej b’messaġġ ta’ tama lill-istituzzjonijiet tal-UE

Il-Kummissjoni tal-Konferenzi tal-Isqfijiet tal-Unjoni Ewropea (COMECE) ħarġu messaġġ ta’ tama lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri kollha.

Dinja Ewropa: Il-baġit tal-UE, il-presidenza Amerikana u r-rule of law

What’s on Newsbook: Dinja Ewropa se janalizza l-ftehim li ntlaħaq riċentament dwar il-baġit tal-Unjoni Ewropea.

Filmat: Cyrus Engerer elett MEP minflok Miriam Dalli

Illum saret l-elezzjoni każwali

Sospiża l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti f’Ċipru

Ċipru ssospendiet l-iskema ta’ ċittadinanza b’investiment fil-pajjiż. Din l-iskema kienet tippermetti li persuna tixtri ċ-ċittadinanza tal-pajjiż u tiggarantixxi vvjaġġar mingħajr bżonn ta’ visa mal-Unjoni Ewropea kollha għal dawk li jinvestu minimu ta’ €2 miljuni.

Malta fost 9 pajjiżi b’dikjarazzjoni lill-KE biex titnaqqas l-inċertezza dwar l-ivvjaġġar

Malta hija fost disa’ pajjiżi Stati Membri Ewropej li ressqu dikjarazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun hekk aktar koordinament bejn l-istati membri biex titnaqqas l-inċertezza relatata mal-ivvjaġġar.

Kieku kull Stat Membru ħa immigrant mill-Etienne konna nsolvu l-kwistjoni –...

Il-Prim Ministru Robert Abela rrimarka li kieku l-Istati Membri Ewropej ikkoperaw u ħadu immigrant wieħed minn dawk li kienu salvati mill-bastiment Maersk Etienne, kieku s-sitwazzjoni kienet tiġi riżolta.

Kap ġdid għall-uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta

L-Uffiċju tal-Parlament Ewropew f’Malta issa għandu kap ġdid, Dr Mario Sammut. Fi stqarrija mill-Uffiċċju stess, kien spjegat li Sammut, li ilu jaħdem bħala uffiċjal fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet tagħha għal 16-il sena, beda l-kariga tiegħu mil-lum.

Il-Kummissjoni Ewropea bi ftehim dwar ix-xiri tal-vaċċin

Illum il-Kummissjoni Ewropea laħqet l-ewwel ftehim tagħha mal-kumpanija farmaċewtika AstraZeneca biex tixtri l-vaċċin kontra l-coronavirus li hemm fi stadju avvanzat. Dan ħareġ fi stqarrija tal-Kummissjoni Ewropea llum. Intqal ukoll li parti mill-ftehim jinkludi donazzjonijiet lil pajjiżi ta’ dħul baxx jew medju jew li jitqassam ukoll lil pajjiżi Ewropej.