Tag: Tumur

L-operazzjoni ta’ Emily “kienet ta’ suċċess aktar milli ħasbu”

Omm Emily, Amy Gatt qalet li l-operazzjoni li għaddiet minnha ċ-ċkejkna Emily kienet ta’ suċċess aktar milli ħasbu.

Fl-Iskozja: “Iż-żiemel induna qabli li kelli tumur”

Mara mill-Iskozja rrakkuntat kif temmen li ż-żiemel tagħha nduna li kellha kanċer f’moħħha qabel ma ndunat hi.

L-eks boxer Peau jmut wara li tneħħielu tumur minn moħħu

Peau li kellu 54 sena, miet waqt li kien rieqed f’daru ġewwa New Zealand. Fl-1997 kien temm il-logħba kontra l-Amerikan Crawford Grimsley f’1.5 sekondi biss. Hu kien rebaħ it-titli fl-IBO u d-WBF heavyweight, rebaħ midalja tad-deheb fil-Logħob tal-Commonwealth fl-1986, beda jipprattika l-isport b’mod professjonali tliet snin wara, u sakemm irtira fl-2002 irnexxielu jirbaħ 35 darba.

Jiġi addottat Scotty, il-kelb biċ-ċomb

Scotty, il-kelb li ftit tal-jiem ilu ġie salvat wara li nstab b’aktar minn 200 frammenti ta’ pritkuni taċ-ċomb u b’tumur fis-sieq ta’ wara ġie...

​Filmat: “L-annimali l-aqwa kura għal binti b’żewġ tumuri”

Omm tifla ta’ seba’ snin li għandha żewġ tumuri f’rasha rrakkuntat l-esperjenza ta’ bintha meta tkun fost l-annimali. Tgħid li bintha tinsa kollox, tħossha aħjar u ħinkollu titbissem.

​Jiġġieled il-kanċer billi jiġri

Scott Spitz, Amerikan ta’ 38 sena, qed jiġġieled kanċer li għandu f’sidru u f’żaqqu billi jiġri.

It-tifel b’tumur f’rasu jingħata l-permess għall-iktar kura

Il-ġenituri ta’ Ashya King, it-tifel b’tumur f’rasu ngħataw il-permess li jieħdu lil binhom fi Praga għal trattament li jista’ jsalvalu ħajtu.

Instab it-tifel marid li kien irrappurtat nieqes fi Spanja

It-tifel Ashya King li għandu ħames snin instab wara li l-ġenituri tiegħu ħarġuh mill-isptar f’Southhampton, kontra l-ordni tat-tobba.

​Tifel b’tumur f’moħħu rrapurtat nieqes jista’ jkun fi Spanja

Jista’ jkun li jinsab fi Spanja t-tifel ta’ ħames snin li għandu tumur f’moħħu, u li ilu nieqes mindu nħareġ mill-isptar mill-ġenituri tiegħu kontra l-parir tat-tobba.

Telefonata ta’ 30 minuta bil-mowbajl iżżid ir-riskju ta’ tumur fil-moħħ

Skont riċerka tal-Università ta’ Bordeaux fi Franza, nofs siegħa fuq il-mowbajl tista’ tikkawża ħsara permanenti fil-moħħ u żżid ir-riskju ta’ tumur fil-moħħ.