Tag: Triq Dicembru 13

Ritratti: 3 l-isptar wara li ħabtu ma’ bawżer fil-Marsa

Żewġ ġuvintur u tfajla llejla ddaħħlu Mater Dei wara li ħabtu bil-karozza fi Triq Diċembru 13 il-Marsa.

It-twaqqif tax-xogħol fil-Marsa pperikola €5.5 miljun – Joe Mizzi

Il-Ministru tat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi, fil-Parlament, qal li t-twaqqif għal erba’ xhur tax-xogħlijiet infrastrutturali fuq il-proġett ta’ Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa, ipperikola €5.5 miljun.

Titlesta Triq Diċembru 13

Il-proġett li jagħmel parti mill-proġett Ten-T u li Pat Cox hu kordinatur tiegħu, sar fuq standards Ewropej u jinkludi sistema ta’ LEDs li taħdem skont id-dawl f’kull ħin partikolari tal-jum u l-lejl.

Tinfetaħ il-karreġġjata l-ġdida fi Triq Diċembru 13

Transport Malta qalet ukoll li l-karreġġjata li bħalissa qed tintuża għat-traffiku lejn il-Belt Valletta se tingħalaq temporanjament biex b’hekk titlesta kompletament.

Jibda’ x-xogħol fuq it-tieni nofs ta’ Triq Diċembru 13

Il-karreġġjata li kienet magħluqa fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa mistennija tinfetaħ llum wara nofsinhar. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru tal-Infrastruttura Joe Mizzi sostna li l-karreġġjata li bħalissa tinsab miftuħa se tiġi magħluqa għat-traffiku u għalhekk mhux se jkun hemm aċċess għan-naħa t’isfel ta’ Malta.