Tag: trasferiment

Chelsea għamlu l-akbar profitt minn kull klabb fid-dinja

Chelsea għamlu l-akbar profitt minn kull klabb fid-dinja f’dawn l-aħħar żewġ swieq ta’ trasferimenti. Il-klabb ta’ Londra nefqu madwar €38 miljun fuq Mateo kovacic u daħħlu mal-€173.7 miljuni. Is-CIES Football Ovservatory sab li fin-naħa l-oħra tal-iskala hemm Real Madrid. Li biss biss ħalsu lil Chelsea madwar €85 miljun għall-Belġjan, Eden Hazard, is-Sajf li għadda. Madrid marru minn taħt b’madwar €153 miljun fit-trasferimenti.

Il-ftuħ għat-trasferimenti tas-suq Ingliż jimxi pariġġ il-bqija tal-Ewropa

Il-klabbs tal-Premier League ivvutaw biex ibiddlu ż-żmien ta’ meta jkollhom iċ-ċans li jixtru plejers minn klabbs differenti. B’hekk issa se jkunu pariġġ iż-żmien ta’ meta jiftaħ is-suq madwar l-Ewropa kollha. Fi stqarrija li ħareġ il-kumitat tal-Premier League qal li l-għeluq tas-suq inbidel għall-aħħar ta’ Awwissu jew bidu ta’ Settembru. Din is-sena s-suq se jagħlaq fl-ewwel ta’ Settembru.

Virgil van Dijk se jbiddel it-tim?

Jista’ jagħti l-każ li van Dijk li għandhu 28 sena jkun lest li jiċċaqlaq ma’ tim ieħor jekk din is-sena Liverpool jirnexxielhom jirbħu t-titlu u jżidu mat-titli li rebħu taċ-Champions League, il-Fifa Club World Cup u l-Uefa Super Cup.

Ritratti: Ibrahimovic lura f’Milan

L-Iżvediż qal li jrid li San Siro jerġa’ jibda jaqbeż bil-ferħ.

Ippublikata l-arma ta’ Real fuq il-kont ta’ Pogba

Paul Pogba għamel mossa li biha qed jimplika li se jkun qed jitlaq minn ma’ United u jmur ma’ Real Madrid.

Frank Lampard diġà tefa’ għajnejh fuq xi plejers

Jidher li hu preparat sew għat-trasferimenti ta’ Jannar.

Tottenham jiġru wara Dybala fl-aħħar jum ta’ trasferiment

Tottenham qegħdin fil-viċin li jilħqu ftehim ma’ Juventus biex jixtru lill-attakkant Arġentinjan Paulo Dybala. Spurs qed jisperaw li jisiġillaw il-kuntratt għall-plejer ta’ 25 sena...

Pogba se jibqa’ ma’ United jew le?

Paul Pogba qed jivvjaġġa mat-tim tiegħu, Manchester United, li se jkunu qed jagħmlu 18-il ġurnata ta’ pre-season fl-Awstralja, Singapore u ċ-Ċina. Waqt dawn il-jiem...

Icardi mhux ċert hux għal ma’ Juve jew Napoli

Juventus iltaqgħu ma Mauro Icardi biex jippruvaw jilħqu xi kompromess qabel ma l-kompetituri tagħhom, Napoli, jilħqu jikkonvinċuh jiffirma magħhom. L-eks captain spiċċa fis-suq wara...

BOV: Issa tista’ tittrasferixxi flus f’kontijiet oħrajn

Bank of Valletta ħabbar li s-servizz ta' trasferiment ta' flus minn kont bankarju mal-BOV għal kontijiet oħra, mal-BOV jew ma' banek oħrajn, reġa' huwa disponibbli.Fi stqarrija, il-BOV...