Tag: Titjiriet
L-Air Malta b’titjiriet lejn 22 destinazzjoni
Il-linja tal-ajru Air Malta se tkun qed topera titjiriet lejn 22 destinazzjoni matul is-sajf tal-2020. Dan wara li llum ħabbret iż-żied ta’ 12-il destinazzjoni ġdida għall-bejgħ.
Kif u meta tista’ tivvjaġġa lejn id-9 pajjiżi mħabbra mill-MIA?
Wara li tħabbar li l-portijiet ta’ Malta se jkunu qed jerġgħu jiftħu mill-1 ta’ Lulju, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħabbar l-iskeda l-ġdida tiegħu ta’ titjiriet li rnexxielu jikkonferma s’issa.
L-ajruport iħejji miżuri għal meta jerġa’ jiftaħ
L-ajruport se jiftaħ mill-ġdid fl-1 ta' Lulju
Ara meta linji tal-ajru se jibdew it-titjiriet minn u lejn Malta
Diversi linji tal-ajru li joperaw xi titjiriet tagħhom minn u lejn Malta se jkunu qed joffru titjiriet lejn diversi pajjiżi sa minn Ġunju li ġej.
Ryanair tippjana li tiftaħ 40% tat-titjiriet minn Lulju
Il-kumpanija tal-ajru Ryanair ħabbret li mill-1 ta’ Lulju se tkun qed treġġa’ lura 40% tat-titjiriet tagħha. Fi stqarrija l-kumpanija spjegat li dan jiddependi wkoll jekk il-gvernijiet minn fejn topera l-kumpanija hux se jkunu qed jiftħu l-ajruporti tagħhom għall-ivvjaġġar fl-Unjoni Ewropea.
F’April saru 73 titjira ta’ ripatrijazzjoni
F’April saru 73 titjira ta’ ripatrijazzjoni minn u lejn tmien pajjiżi.
Imġedda l-iskema ta’ ripatrijazzjoni għall-barranin li qed jgħixu Malta
Il-Gvern ħabbar li d-data ta’ għeluq tal-applikazzjoni għall-iskema tar-ripatrijazzjoni volontarja għall-barranin li qed jgħixu Malta u jridu jmorru lura pajjiżhom ġiet imġedda. Issa l-barranin li hawn Malta għandhom ċans japplikaw għal din l-assistenza sal-10 ta’ Mejju.
Il-Kummissjoni Ewropea trid li t-titjiriet jibqgħu sospiżi sal-15 ta’ Mejju
Il-Kummissjoni Ewropea stiednet lill-istati membri li huma parti miż-żona Schengen sabiex iġeddu r-restrizzjoni temporanja ta' titjiriet bla bżonn fl-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Mejju.