Tag: Titjiriet Kanċellati

Jitħassru 240 titjira għal Amsterdam

It-Tnejn, 240 titjira minn u lejn l-ajruport ta’ Shiphol f’Amsterdam ġew imħassra minħabba l-maltempata li laqtet l-Oċean Atlantiku bir-riħ jilħaq 120 kilometru fis-siegħa. L-ajruport ta‘ Shiphol f’Amsterdam huwa wieħed mill-aktar traffikuż fl-Ewropa.

Il-piloti tal-Lufthansa jkomplu bl-istrajk u t-titjiriet ikkanċellati

L-istrajk industrijali mistenni jkompli matul il-jum tal-Ġimgħa u b’hekk aktar titjiriet mistennija jkunu kkanċellati.

Jitħassru titjiriet fl-Awstralja minħabba vulkan

Minħabba l-irmied vulkaniku tal-muntanja Sangeang Api, tħassru titjiriet minn u lejn il-belt ta’ Darwin, qrib it-tramuntana tal-Awstralja.

Titjiriet lejn Londra affettwati minn problema teknika

Madwar 420 passiġġier, li dalgħodu kellhom iħallu Malta lejn Londra qed jistennew fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta minħabba problema teknika f'waħda mis-sistemi ta' kontroll tal-ajru ewlenin fir-Renju Unit.

ALPA: L-Air Malta b’nuqqas ta’ bdoti u tirrikorri għal dawk ‘stand-by’

L-ALPA ssostni li għandha d-dubji tagħha kemm l-għadd ta’ bdoti li rrappurtaw sick ilbieraħ huwa verament dak li qed tikkwota l-kumpanija.

Il-bdoti tal-Air Malta jibdew jidħlu lura għax-xogħol

Il-Kumpanija Air Malta qalet li qed tagħmel dak kollu possibbli biex illum topera bl-iskeda normali tagħha, hekk kif il-bdoti bdew jidħlu lura għax-xogħol.

L-AirMalta titlef man-nofs miljun ewro – 2000 passiġġier affetwat

Dan l-infieq jinkludi kumpens għal titjiriet ikkanċellati u arranġamenti għal titjiriet alternattivi, kif ukoll akkomodazzjoni għal min kellu t-titjira kkanċellata

It-titjira t’għada lejn Tripli se tittardja b’6 sigħat

It-titjira tal-Air Malta li suppost titlaq fis-14:15, se titlaq fit-20:55 minħabba li r-runway tal-ajruport ta’ Tripli se tingħalaq għal 18-il siegħa.

Ebda titjira kkanċellata minn jew lejn Malta minħabba l-maltemp

Minħabba s-silġ l-ajruporti ta’ Luton, Stansted u Manchester fl-Ingilterra kellhom xi problemi. L-ajruport ta’ Vnukovo f’Moskow, kull siegħa jrid jagħlaq ir-runway għal 15-il minuta biex din titnaddaf mis-silġ