Mill-2019 ’l hawn saru madwar 230 triq rurali kemm b’finanzjament lokali kif ukoll b’fondi Ewropej.Fi stqarrija ġie spjegat li matul is-sena li għaddiet, Infrastructure Malta investiet €15-il miljun biex bniet mill-ġdid jew għamlet titjib f’toroq fil-kampanja li jintużaw kemm mill-bdiewa li jaħdmu l-għelieqi madwarhom, kif ukoll bħala rotot sekondarji bejn lokalità u oħra.