Tag: The Newsbook Hour

Approvata l-Kummissjoni ta’ Ursula von der Leyen

Illum se nagħtu ħarsa lejn l-aħbar prinċipali ta’ din il-ġimgħa, li hija l-konklużjoni tal-proċess tas-smigħ tal-Kummissarji eletti, biex b’hekk issa hija approvata l-Kummissjoni ta’ Ursula von der Leyen.

X’ġie diskuss matul l-iskrutinju tal-Kummissarji Ewropej?

F’din l-edizzjoni, nanalizzaw l-aħħar aħbarijiet mill-perspettiva tal-istituzzjonijiet Ewropej, fosthom il-Parlament Ewropew, li f’dawn l-aħħar jiem kellu numru ta’ sessjonijiet ta’ tkomplija fejn ġie diskuss is-smigħ tal-Kummissarji differenti marbuta mal-pajjiżi tal-Unjoni.

Kif se jolqotna Brexit?

Għal darb’oħra, nitkellmu dwar Brexit u d-diversi elementi li jirrigwardaw l-aħħar żviluppi f’ dan il-qasam.

Kif Brexit se jaffettwa d-Dwana ta’ Malta?

Fl-edizzjoni ta' din il-ġimgħa ta' The Newsbook Hour Dinja Ewropa nsegwu intervista ma' Ian Muscat, Direttur Affarijiet Internazzjonali u Policy...

X’inhu lir-rwol ta’ Michel Barnier, il-kap negozjatur tal-UE?

Illum niddiskutu l-ħidma kontinwa tal-istituzzjonijiet Ewropej, li tibqa’ għaddejja minkejja diversi elementi li kkawżaw elementi ta’ dewmien f’ċerti deċiżjonijiet li kellhom jittieħdu. Dan kollu wkoll fl-isfond ta’ Brexit li qed iseħħ fil-kuntest ta’ elezzjonijiet ġenerali fir-Renju Unit.

L-aħħar żviluppi minn perspettiva Ewropea rigward Brexit

F’dan il-programm se naraw l-aħħar żviluppi minn perspettiva Ewropea rigward Brexit, li kellu jseħħ fil-31 ta’ Ottubru, iżda li ġie mtawwal minħabba diversi ċirkostanzi li kienu qed iseħħu fil-pajjiż u nuqqas ta’ qbil bejn ir-Renju Unit u s-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.