Tag: The Newsbook Hour

Filmat: Kif qed tintuża t-teknoloġija biex jiġu studjati l-gamiem?

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Birdlife Malta Mark Sultana stqarr li t-teknoloġija tgħin biex wieħed jifhem iktar l-isfidi li l-għasafar jaffaċċjaw fil-vjaġġi tagħhom.

Il-baġit għandu jinċentiva li r-rota tal-konsum tibda ddur – ekonomista

L-ekonomista Dr Philip Von Brockdorff saħaq li jistenna li l-baġit li se jkun ippreżentat nhar it-Tnejn li ġej, ikun baġit li jinċentiva l-konsum, b’mod li jikkumplimenta dak li sar sa issa fl-għajnuniet supplimentari fuq il-pagi li ngħataw f’dawn l-aħħar xhur.

Ir-reazzjonijiet dwar l-amnestija kienu ġustifikati – Dr Joe Giglio

“Id-dikjarazzjoni dwar l-amnestija kienet aħbar li tgerfxek u bla dubju tistenna r-reazzjoni li kien hemm, speċjalment fid-dawl tal-fatt li kollha kemm aħna ġejna mitluba nagħmlu sagrifiċċji kbar, sabiex insegwu d-direttivi”.

“Jekk ma noqogħdux attenti nistgħu nbatu dak li ma seħħx fl-ewwel...

Ma rridux inbaxxu jew nillaxkaw l-attenzjoni tagħna. Għadna f’salib it-toroq. Jekk ma noqogħdux attenti nistgħu nbatu dak li ma batejniex fl-ewwel parti.

“Iltqajt ma’ Mons. Azzopardi fil-5 sena tal-primarja” – Fr Martin

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza qal li l-ewwel darba li ltqa’a ma’ Mons. Mikiel Azzopardi kien meta kien fil-ħames sena tal-iskola primarja f’Ħal Luqa, “u l-għalliema, li għadha ħajja sal-lum, Ms Debono, kienet ġabet lil Dun Mikiel fil-klassi tagħna u kien qagħad ikellimna fuq dan il-proġett li kien għadu fl-ewwel 10 snin tiegħu”.

L-emozzjoni u l-atmosfera surreali waqt id-deċiżjoni finali fir-rigward ta’ Brexit

Illum fi Newsbook Hour – Dinja Ewropa, se nagħtu ħarsa lejn il-ħidma tal-Parlament Ewropew, fejn jiġu diskussi u deċiżi uħud mill-aktar deċiżjonijiet importanti u diffiċli fl-Unjoni Ewropea, fosthom, wara tant diverġenzi u snin ta’ diskussjonijiet u anke firda politika, id-deċiżjoni finali fir-rigward ta’ Brexit.

Eskalazzjoni fit-tensjonijiet ġewwa l-Iran hekk kif il-bażijiet Amerikani ġew attakkati

Bdejna l-programm b’kollegament mal-kollega tagħna Sephora minn Newsbook.com.mt li tat ħarsa lejn l-aħbarijiet prinċipali tal-ġurnata, hekk kif Joseph Muscat wasal fit-tmiem tal-kariga tiegħu bħala Prim Ministru ta’ Malta. Hu qal li jixtieq jibqa’ attiv fix-xena politika mingħajr ma jxekkel lis-suċċessur tiegħu.

L-impeachment ta’ Trump: kif taffetwa d-dinamika Ewropea?

F’dan il-programm, bħas-soltu, niddiskutu elementi ta’ politika mil-lenti Ewropea, li jaffetwaw lilna bħala pajjiż, parti minn entità akbar li hija l-Unjoni Ewropa. Illum ma jonqosx li nitkellmu fuq l-impeachment tal-President Trump, u naraw kif dan jaffetwa d-dinamika Ewropea.

Kif marret l-ewwel laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin tal-UE?

Programm ieħor fejn niddiskutu l-aħbarijiet mill-istituzzjonijiet Ewropej, fosthom l-ewwel laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, ippresedut mir-Rappreżentant Għoli tal-UE Josep Borrell, li ħa post Federica Mogherini

L-intervent tal-KE u l-PE fl-isfond tal-investigazzjoni tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia

F’dan il-programm niffukaw fuq dak li qed jiġri f’pajjiżna, u naraw l-intervent tal-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew fl-isfond tal-investigazzjoni tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.