Tag: Televiżjoni Talana

Il-klikka ta’ Bim Bum Bam ġejja lura

Nhar ta' Tnejn fid-9.15pm se tixxandar is-sensiela Non e La Rai li kisbet suċċessi kbar għal Ambra Angiolini filwaqt li t-Tlieta La Sai L'Ultima filwaqt li l-Erbgħa se jixxandru aktar episodji minn Casa Vianello. Il-Ħamis se jixxandar Mai Dire Gallery fejn se jitwasslu wħud mill-aqwa mumenti tal-programmi tal-Gialappa Band filwaqt li l-Ġimgħa ritorn li se jkun mistenni ferm u bla dubju se jkunu ħafna dawk li sjegwuh, Bim Bum Bam, f'edizzjoni li tibqa' għaddejja sa nofsillejl meta f'dak il-ħin se tixxandar is-sensiela Arriva Cristina tal-1988.

D’Urso mingħajr udjenza fl-istudjo minħabba fil-Coronavirus

Fil-programm tal-lejla mistenni jidher l-attur Tork Can Yaman filwaqt li fil-bidu tal-programm sar kollegament mal-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte li spjega s-sitwazzjoni kif f’bosta reġjuni ngħalqu l-iskejjel, ċinema, ristoranti u bosta postijiet li fihom jinġabru ħafna persuni.

Tmut l-ewwel preżentatriċi Taljana tar-RAI

L-ewwel preżentatriċi femminili li kellu l-istazzjon nazzjonali Taljan RAI, Elda Lanza, mietet illum fl-età ta’ 95 sena, wara li tilfet il-ġlieda tagħha mal-kanċer.