Tag: Teatru Rjal

Filmat: Ikteb li trid mal-binja tat-Teatru Rjal

Ikteb ismek, isem il-maħbub jew maħbuba tiegħek, xi laqam partikolari jew isem il-kumpanija tax-xogħol... insomma issa tista' tikteb jew tifforma dak li jiġik f'moħħok mal-binja tat-Teatru Rjal.

Fdalijiet tat-Teatru Rjal ilhom snin mitluqin għal riħhom

Kull min xi darba fl-aħħar sitt snin għadda minn ħdejn il-Kumpless Sportiv tal-Marsa, seta’ jinnota biċċiet ta’ kolonni mitluqin u mingħajr ebda użu ta’ xejn. Forsi ftit jafu li dak il-ġebel, xi darba kien isebbaħ id-daħla tal-Belt Valletta.

Ritratti: Iridu li Kelma Kelma u Nota Nota jiżżewġu aktar minn...

Bis-sehem ta’ Ray Calleja u l-aħwa Bezzina, il-karattri tal-ħrejjef, tal-kanzunetti u tat-taqbiliet ħarġu mill-kotba biex żewqu il-lejla bil-kant, mużika, poeżija u logħob bil-kliem.

Filmat: Il-kliem u l-mużika se jiżżewġu għada fit-Teatru Rjal

It-Teatru Rjal se joffri esperjenza mhux tas-soltu, fejn il-karattri tal-ħrejjef tal-kanzunetti u tat-taqbiliet se joħorġu mill-kotba, biex jagħtu lejla ta' kant, mużika, poeżija u logħob bil-kliem.

Teatru Rjal: L-inkwilini tal-ħwienet jingħataw €575,000 f’kumpens

L-erba’ nkwilini ta’ dawk li kienu ħwienet taħt is-sit tat-Teatru l-Imwaqqa’ fil-Belt Valletta ngħataw total ta’ €575,000 f’kumpens minħabba l-proġett tad-daħla tal-Belt, imfassal mill-perit Renzo Piano.

“Bżonn ta’ entużjażmu u niskata intellett” – Mario Vella, Brikkuni

Il-kantant tal-grupp Brikkuni qal lil Newsbook li l-problema ta’ disponibbiltà ta’ spazji pubbliċi għall-artisti lokali għadha reali ħafna u hemm bżonn li l-persuni responsabbli jiċċaqalqu malajr kemm jista’ jkun biex din tissolva.

Brikkuni jħassru kunċert fit-Teatru Rjal minħabba nuqqas ta’ rieda mill-Bord

Il-kantant tal-grupp Brikkuni, Mario Vella, qal li b’dispjaċir il-grupp kellu jħassar il-kunċert minħabba li l-bord naqas milli jagħraf l-eżiġenzi materjali tas-sitwazzjoni tal-organizzaturi.

Inawgurat it-Teatru Rjal fil-Belt Valletta

Ir-restawr tat-teatru, li kien is-suġġett ta’ bosta kontroversja, sar mill-arkitett ta’ fama mondjali Renzo Piano