Tag: Sudan
Terġa’ tispiċċa arrestata f’inqas minn 24 siegħa
Meriam Ibrahim, il-mara Sudaniża li lbieraħ inħelset mill-arrest, illum reġgħet ġiet arrestata flimkien mal-familja tagħha meta kienu fl-ajruport ta’ Khartoum.
Tinħeles mill-ħabs minkejja li kienet ikkundannata għall-mewt
Inħelset mill-ħabs Sudaniża li ġiet ikkundanata għall-mewt wara li abbandunat it-twemmin reliġjuż tagħha.
Sudan: Meriam ħielsa mill-ktajjen
Meriam li hi mwielda minn missier Musulman u omm Ortodossa, tgħid li trabbiet f'ambjent Nisrani iżda rrifjutat li turi l-fidi tagħha fil-pubbliku.
L-omm Sudaniża se tinħeles mill-mewt
Uffiċċjali żvelaw li l-ħelsien ta’ Meriam Ibrahim se jsir wara l-protesti madwar id-dinja minħabba l-mod ta’ kif kienet ittrattata.
Sudan: In-nisranija kkundannata għall-mewt twelled tifla fil-ħabs
Meriam Ibrahim, in-nisranija li ġiet ikkundannata għall-mewt fis-Sudan għax abbandunat r-reliġjon Iżlamika, għadha kemm welldet tifla fil-ħabs.
Sudan: Il-mara li żżewġet Nisrani għalissa mhix se tingħata l-piena kapitali
Il-mara tqila li ftit jiem ilu ġiet ikkundannata mill-Qorti talli abbandunat ir-reliġjon Musulmana meta żżewġet Nisrani mhix se tingħata l-piena kapitali għalissa.
Sudan: Mara tqila tingħata l-piena tal-mewt talli żżewġet nisrani
L-istess Imħallef ordna biex il-mara taqla’ mitt daqqa swat bil-frosta wara li nstabet ħatja ta’ adulterju
9,000 tifel bħala suldati fil-gwerra ċivili tas-Sudan
Aktar minn 9,000 suldat taħt l-età qed jiġġieldu fi gwerra ċivili brutali fin-nofsinhar tas-Sudan.
Fil-Kenja se tiġi diskussa l-vjolenza fin-nofsinhar tas-Sudan
Il-mexxejja tal-Lvant tal-Afrika se jiltaqgħu fil-Kenja biex jiddiskutu l-vjolenza fin-nofsinhar tas-Sudan, fejn hemm tħassib li tilfu ħajjithom aktar minn elf persuna.
“In-nofsinhar tas-Sudan f’xifer ta’ gwerra ċivili” – Barack Obama
Obama qal li 45 membru tal-armata Amerikana ntbaghtu s-Sudan biex jiġu protetti ċ-ċittadini Amerikani.