Tag: St Emilja De Vialar

Filmat: Ċelebrazzjoni tal-Fundatriċi St. Emilja De Vialar b’differenza

Il-programm beda b’riflessjoni dwar il-ħajja ta’ St. Emilie de Vialar minn Fr. Mario Attard OFM CAP, segwit minn dokumentarju dwar il-ħajja tal–fundatriċi. Il-qofol tal-programm intlaħaq biċ-ċelebrazzjoni diretta tal-quddies fl-okkażjoni ta’ din il-festa mill-knisja ta’ Krisu Re f’Raħal Ġdid bil-parteċipazzjoni tas-sorijiet tal- kommunita’ ta’ San Ġużepp mir- Rabat, Blata l-Bajda, Zabbar u tas-Sliema.