Tag: Sptar Ġenerali ta’ Għawdex

Tifel jindarab ħafif wara ġlieda fi skola f’Għawdex

Tifel indarab ħafif wara ġlieda fi skola f’Għawdex.

Filmat: Infermiera Għawdxin jinġabru quddiem Kastilja

Huma qed jitolbu lill-Prim Ministru Robert Abela biex iwaqqaf lil Steward Health Care milli jkompli jimpjega lill-infermiera barranin fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Huma qed jgħidu li dan qed isir b'detriment għall-infermiera Għawdxin li jaħdmu Malta u l-familji tagħhom.

Madwar 2,000 tarbija jitwieldu f’Għawdex f’7 snin

Kważi 2,000 tarbija twieldu fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fi żmien seba’ snin. Dan ħareġ fi statistika ppreżentata mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fil-Parlament.

Ix-xogħol fl-Isptar ta’ Għawdex għandu jingħata lill-infermiera Għawdxin – AGEM

L-Assoċjazzjoni għall-Ħaddiema Għawdxin f’Malta (AGEM) qalet li l-ewwel għandhom jingħataw ix-xogħol f’Għawdex dawk l-infermiera Għawdxin li qed ikollhom jinżlu jaħdmu Malta.

10 ventilators ġodda fl-ITU tal-Isptar ta’ Għawdex – Steward

Steward Healthcare Malta ħabbret li s-sodod tal-ITU fi ħdan l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ġew attrezzati b’10 ventilators ġodda sabiex l-isptar ikun aktar attrezzat biex jilqa’ għall-eżiġenzi tal-pandemija tal-coronavirus.

Il-lukanda f’Għawdex b’każ ta’ coronavirus l-istess fejn se jiġu trasferiti l-anzjani

Il-lukanda f’Għawdex li fiha kienet taħdem pazjenta bil-coronavirus hija l-istess waħda li fiha se jiġu trasferiti l-anzjani mir-Residenza Sant’Anna li tinsab fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

L-Għawdxin għadhom bla risposta – il-PN

Il-Partit Nazzjonalista qal li wara aktar minn ħmistax-il ġurnata, il-Gvern għadu ma weġibx għall-mistoqsijiet dwar Għawdex. Fi stqarrija, il-PN qal li n-nuqqas ta’ informazzjoni qed twassal għal inkwiet u inċertezza fost l-Għawdxin.

Għawdex għadu mingħajr il-120 sodda li kellhom jiżdiedu – PN

Il-PN b'għadd ta' mistoqsijiet dwar il-preparamenti f'Għawdex għall-covid-19

Steward Health Care bi pjan għal żvilupp fi Sptar San Luqa

Nhar l-Erbgħa, Steward Health Care issottometta l-applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar biex jiżviluppa mill-ġdid il-Kampus tal-Isptar San Luqa. Steward Healthcare ħabbar li dan l-iżvilupp se jkun qed iżid l-aċċessibiltà għall-ispazji miftuħa u l-ġonna li hemm. Dan se jkun qed isaħħaħ ukoll l-għaqda fil-komunità billi se jkunu integrati flimkien id-daħla ewlenija u l-Pjazza ta’ San Luqa. Se jkun inkorporat ukoll parkeġġ fuq il-post.