Tag: Spiżerija Għażla Tiegħek

Pazjenti Maltin għal testijiet f’Għawdex

Madwar 2000 Malti jagħmlu testijiet mediċi fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex

​Il-pilloli tal-pressjoni jerġgħu in-stock

Wara xahar out of stock, dawk li jieħdu l-pilloli Atenolol jistgħu jerġgħu jibdew jiġbruhom mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom.

Jitqassmu iktar minn nofs miljun pillola għall-pressjoni għolja fix-xahar

Kull xahar, permezz tal-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, fil-pajjiż jinħarġu 561,084 pillola tal-Bumetanide li hi mediċina preskritta kontra l-pressjoni għolja.

Servizz tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek f’inqas minn 24 siegħa

Mill-1 ta’ Jannar ’il quddiem, persuna li tapplika għall-“kartuna s-safra” tista’ tgawdi mis-servizz tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek f’temp ta’ ġurnata. Dan qalu fil-Parlament is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne fi tweġiba għal mistoqsija supplimentari li saritlu mid-deputat u Kelliem Laburista Carmelo Abela.

Iktar minn 117,000 pazjent igawdu mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek

F’pajjiżna hemm 117,016-il pazjent, mifruxa f’Malta u f’Għawdex, li qed igawdu mis-servizz tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. B’kollox hemm 212-il spiżerija li qed jieħdu sehem f’din l-iskema.

Baġit 2014: Il-Kamra tal-Ispiżjara taqbel li jiġu ndirizzati l-mediċini ‘out of...

Il-Kamra ssostni li din il-problema trid tiġi ndirizzata b’azzjoni konkreta u effettiva.

Spiżeriji b’mediċina out of stock. Il-Ministeru jgħid li disponibbli

Skont il-Ministeru tas-Saħħa, il-mediċina Lisinopril u l-Omeprazole huma disponibbli, madanakollu qarrejja ta' Newsbook qalu li lbieraħ stess l-ispiżjara qalulhom li 'out of stock'.

87,877 pazjent ibbenifika mill-iskema ‘Spiżerija tal-Għażla Tiegħek’

Huwa mistenni lin-numru ta’ pazjenti jilħaq ‘l fuq minn-120,000 u n-numru ta’ spiżeriji jitla’ għal 204