Tag: Speaker Parlament

L-Ispeaker jinsisti li d-dikjarazzjoni tal-assi tal-konjugi hi obbligatorja

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia xejjen rapport li deher ilbieraħ f’ġurnal lokali fejn intqal li r-regolamenti għad-dikjarazzjoni tal-assi tal-membri parlamentari nbidlu wara li tela’ fil-Gvern il-Partit Laburista.

L-ispeaker idawwar lill-ġurnalisti mal-binja l-ġdida tal-Parlament

Membri tal-istampa u kunsilliera Beltin iżuru l-parlament il-ġdid akkumpanjati mill-Ispeaker

​Anġlu Farrugia jqis lil Konrad Mizzi ħati prima facie ta’ ksur...

L-Ispeaker Anġlu Farrugia qies lil Konrad Mizzi, bi kliemu fis-seduta ta’ nhar it-Tnejn fil-konfront tad-deputat George Pullicino, ħati prima facie ta’ ksur ta’ privileġġ. Għalhekk se jgħaddi l-każ lill-Kumitat tal-Privileġġi biex jeżamina l-każ u jasal għal proċeduri dixxiplinari.

Il-Kamra tawgura fejqan ta’ malajr lil Beppe Fenech Adami

Il-Parlament awgura fejqan ta’ malajr lill-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami, fil-ftuħ tas-seduta tal-lejla.

Rappreżentanti tal-Parlament Malti f’laqgħa tal-Commonwealth

L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia, iż-żewġ Whips tal-Parlament Malti Carmelo Abela u David Agius, u d-deputat Laburista Anthony Agius Decelis qed jattendu s-60 Konferenza tal-Commonwealth Parliamentary Association f’Yaoundè fil-Kamerun.

Seduti tal-Parlament fuq l-internet, ‘il quddiem anke fuq it-televiżjoni

Is-seduti tal-Parlament mill-binja l-ġdida se jixxandru fuq l-internet. Il-Parlament irid li 'l quddiem is-seduti jixxandru wkoll fuq it-televiżjoni.

Aġġornata: Il-Kamra tiltaqa’ għada

Is-seduta tal-Parlament ġiet sospiża għal darb’oħra wara talba mill-Whip tal-PN David Agius għal ruling mill-Ispeaker.

​Aġġornata: Il-Kamra bla kworum – is-seduta aġġornata

Il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista qed joġġezzjona għal diskussjoni fil-Parlament “dwar it-Trasferiment tal-Attiv, id-Drittijiet, id-Debiti u l-Obbligi tal-Enemalta” qabel ma' l-Gvern jippubblika kull ftehim li għamel dwar dan il-qasam. Id-diskussjoni se tibda xorta waħda, bl-Ispeaker jirtira biex jieħu deċiżjoni.

Anġlu Farrugia jappella għal iktar awtonomija fil-Parlament

Dr Farrugia appella ukoll lill-Gvern biex jimplimenta l-wiegħda elettorali, li l-MUESEC issir parti mill-ġurisdizzjoni tal-Parlament

Speaker: Refalo ma kien għamel referenza lejn ebda Membru

F’ruling li ta fil-ftuħ tas-seduta Parlamentari, l-ewwel waħda wara l-btajjel tal-Għid, l-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li fl-aħħar seduta l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo ma kien għamel ebda referenza għal xi membru parlamentari u għalhekk hu ma kellux għalfejn jieħu proċeduri dwar dan.