Tag: Soċjali

​Iffirmat ftehim ta’ kooperazzjoni dwar il-qasam soċjali f’Lisbona

Ilbieraħ, ġie ffirmat il-ftheim ta’ kooperazzjoni bejn Malta u l-Portugall wara li sena ilu ż-żewġ Ministeri tal-Politika Soċjali ffirmaw Memorandum of Understanding.

Filmat: 128 miljun Ewropew għadhom f’riskju ta’ faqar

Martin Shulz spjega li l-għan prinċipali hu li sas sena 2020, il-128 miljun ruħ li bħalissa jinsabu f’riskju ta’ faqar jonqsu b’20 miljun.

Il-kera tal-appartamenti tal-Gvern tirdoppja, togħla anke b’4 darbiet – il-PN

Il-kera ta’ appartamenti tal-Gvern allokati għall-akkomodazzjoni soċjali rduppjat, f’xi każijiet ittriplat jew hi saħansitra erba’ darbiet ogħla milli kienet sa ftit ilu.

Unur għal Mons. Victor Grech

Monsinjur Victor Grech għadu kemm ingħata unur għall-prinċipji li jħaddem fl-impenn soċjali u umanitarju tiegħu.

Jinfetaħ it-tielet Youth Hub

Fil-Junior College nfetaħ ‘Youth Hub’, li hu servizz ieħor minn Aġenzija Żgħażagħ fejn issir edukazzjoni mhux formali, f’kuntest ta’ dik formali, bl-għajnuna ta’ Youth Worker.

Ċentru ġdid għall-iżvilupp soċjali fil-Qawra

Fil-Qawra infetaħ ċentru ġdid għall-iżvilupp soċjali biex minnu jingħataw servizzi lill-komunità, inkluż lill-familji.

Jitwaqqaf il-Kumitat Soċjetà Ġusta

Tnieda l-Kumitat Soċjetà Ġusta bil-għan li jkun hemm koordinament aħjar fis-servizzi fil-qasam soċjali.

Il-Gvern ma jeskludix li jidħol il-privat fi proġett ta’ bini fl-Imsida

Il-Gvern mhux jeskludi “private public partnership” jew bini għal skopijiet kummerċjali fl-iżvilupp ta’ art fi Triq il-Wied, fl-Imsida, fejn diġà twaqqfet parti minn bini bħala preparazzjoni għall-proġett.

L-Awtorità tad-Djar għandha tiġbor €609,000 f’kera

L-Awtorità tad-Djar għandha tiġbor mingħand inkwilini tagħha €160,243.74 kirjiet b’lura li tagħhom hi s-sid, kif ukoll €449,101.82 kirjiet b’lura ta’ propjetà li ġiet trasferita fuqha u ta’ propjetà oħra li għadha qed tiġi trasferita fuqha mid-Dipartiment tal-Artijiet.

Iktar minn 3,000 applikazzjoni pendenti għal akkomodazzjoni soċjali

L-Awtorità tad-Djar sal-lum għandha 3,163 applikazzjoni għal akkomodazzjoni soċjali alternattiva.