Tag: Skandlu Xiri Zejt

Iltaqa’ mal-Farrugia, nesa x’intqal

Uffiċċjal għoli fis-segretarjat tal-eks-Ministru Austin Gatt, Bernard Pace, ikkonferma li ltaqa’ ma membri tal-familja Farrugia, iżda nesa x’kien intqal waqt dawn il-laqgħat.

Ebda laqgħa ma’ George Farrugia qabel l-2012

Id-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech, għal xi żmien Kap tas-Segretarjat tal-Ministru Austin Gatt, qal b’mod espliċitu li qatt ma kellu laqgħat marbuta ma’ xogħol ma’ George Farrugia. Qal ukoll li qatt ma kellu x'jaqsam ma' finanzjament tal-kampanja elettorali ta' Gatt.

Jikkonferma li l-proklama kienet meħtieġa għall-Pulizija

L-eks Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo mill-ġdid jidher quddiem il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi dwar l-investigazzjonijiet b'rabta mal-allegat korruzzjoni fix-xiri ta' żejt mill-Korporazzjoni Enemalta

Gonzi jerġa’ jiċħad id-dikjarazzjoni ta’ Bartolo dwar l-iskandlu taż-żejt

L-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi reġa’ tenna, għat-tieni darba f’inqas minn 24 siegħa, li d-dikjarazzjoni tal-Ministru Evarist Bartolo fil-Parlament ilbieraħ hi falza.

Aġġornata (PL): “Il-Kummissarju qalli li George Farrugia mhux vera qal li...

Il-Partit Laburista sostna li l-allegazzjonijiet tal-Ministru huma sempliċiment attentat ta' tfiegħ ta' tajn lejliet l-elezzjoni.