Tag: Sinodu Isqfijiet

Il-proċess tal-annullament irid iżomm ’il bogħod mill-interessi ekonomiċi – Il-Papa

Il-Papa Franġisku appella biex l-interessi ekonomiċi jinżammu l-bogħod mill-proċess tal-annullamenti ta' żwiġijiet biex il-Knisja tagħti ġustizzja b’xejn bħalma Kristu jiġġustifika mingħajr ħlas.

Kull familja għandha l-isfidi tagħha – Is-Sinodu

B’referenza għall-kwestjonarju li sar madwar id-dinja l-isqfijiet qalu li dan għenhom jifhmu aktar is-sitwazzjonijiet li jaffaċjaw il-familji fil-preżent.

Ebda pożizzjoni finali mis-Sinodu s’issa

Il-ħsibijiet kollha msemmija fir-rapport tal-ewwel ġimgħa tas-Sinodu huma biss rijassunt ta’ dak li ntqal, li fuqu għad irid isir ħafna xogħol, u mhux pożizzjoni uffiċjali tal-Knisja dwar il-familja.

Indissolubilità taż-żwieġ imma wkoll rikonċiljazzjoni – Is-Sinodu

Il-Knisja trid tibqa’ tinsisti fuq l-indissolubilità u l-vokazzjoni taż-żwieġ imma fl-istess ħin trid li jkun hemm rikonċiljazzjoni ma’ min qed jgħix fi żwieġ ieħor.

Bonġu Papali!

Il-Papa jawgura l-jum it-tajjeb u jinjora l-protokoll

Awdjo: “Is-Sinodu mhuwiex biss fuq id-divorzjati u t-tqarbin” – Kardinal Prospero...

Il-Kardinal Malti saħaq li “l-familja għandha elf problema oħra li lanqas biss nimmaġinawhom”. Fost l-oħrajn semma l-problemi tal-poligamilja, taż-żwiġijiet bejn il-musulmani u l-kattoliċi u anke l-fatt li l-familja qed tisfaxxa.

Sinodu: L-Isqof Grech jappella għal titjib urġenti fil-mod ta’ kif tikkomunika...

L-Isqof t’Għawdex Mario Grech, f’intervent fis-Sinodu tal-Isqfijiet dwar il-Familja ftit tal-ħin ilu, insista li l-Knisja trid ittejjeb b’mod urġenti l-mod tagħha ta’ kif twassal il-Kelma t’Alla biex tindirizza l-karba tal-Insara llum.

“Il-kriżi tal-familja marbuta ma’ kriżi fil-fidi” – Is-Sinodu

Is-sessjoni ta' dalgħodu tas-Sinodu straordinarju tal-Isqfijiet ittratta diversi punti li qed ifixklu l-ħajja tal-familja u li wassluha fi kriżi

Il-Papa jappella għal diskussjoni sinċiera fis-Sinodu tal-Isqfijiet

Illum se jibda s-sinodu fil-Vatikan, fejn aktar minn 200 Isqof minn madwar id-dinja se jkunu qed jiddiskutu suġġetti kontroversjali li qed jaffettwaw il-Knisja Kattolika, fosthom l-abort, il-kontraċettivi, l-omosesswalità u d-divorzju.

Bibbja b’xejn waqt l-Anġelus tal-Papa nhar il-Ħadd

Se titqassam b'xejn verżjoni ġdida tal-Bibbja waqt l-Anġelus tal-Ħadd ta' Papa Franġisku