Tag: Siġra
Ritratti: Siġar protetti jitqaċċtu fid-Dwejra
Il-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz ikkundanna l-att vandalu li seħħ fid-Dwejra din il-ġimgħa hekk kif għadd ta’ siġar protetti tqaċċtu u ntefgħet żebgħa ħamra ma’ wieħed mill-kjosks.
Jinqatel Ingliż wara li waqgħet siġra fuq il-karozza tiegħu
Raġel ta’ 58 sena miet wara li siġra waqgħet fuq il-karozza tiegħu f’Hampshire waqt il-maltempata qalilha li ħakmet lill-Ingilterra fi tmiem din il-ġimgħa. Il-Pulizija qalet li r-raġel minn Micheldever kien qed isuq f’awtostrada meta seħħ l-inċident ilbieraħ għall-ħabta tal-4pm. Hu miet fuq il-post.
Fil-periklu tal-mewt wara ħabta ma’ siġra fis-Siġġiewi
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fit-7.45am. Jidher li karozza baqgħet dieħla f’siġra. Bil-konsegwenza ta’ dan raġel ittieħed l-isptar.
Maltempata toqtol omm fi Spanja
Fi Spanja, omm tilfet ħajjitha quddiem żewġha u bintha wara li ntlaqtet minn palma waqt maltempata msejħa Amelie.
Ritratti: 55 siġra ġdida f’Wied Għollieqa
Tħawwlu 55 siġra f'Wied Għollieqa. Dan waqt attività tal- Partit Nazzjonalista (PN) bħala parti mill-attivitajiet tal-55 sena mill-Indipendenza.
13,000 siġra jitħawlu f’Raħal Ġdid
Qed jitħawlu madwar 13,000 siġar indiġeni, siġar tal-frott u arbuxelli. Dan se jsir minn Ambjent Malta fi Ġnien il-Mediterran, Raħal Ġdid.L-istqarrija mill-Ministeru għall-Ambjent spjegat...
Filmat: Siġra “għolja 3 sulari” mmassakrata fil-Kalkara
Siġra li skont sors ta’ Newsbook.com.mt hija għolja mat-tliet sulari spiċċat immassakrata fil-Kalkara.Is-sors li tkellem ma’ Newsbook.com.mt semma kif is-siġra li kienet tinsab fi...
Jinsterqu 8 siġriet mill-40 imħawla f’Ħaż-Żebbuġ
8 siġriet mill-40 li ħa ħsieb iħawwel il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ kienu nsterqu sal-għada li tħawlu.Dan qalu l-Kunsill Lokali f'kitba fuq Facebook, fejn ikkundanna...
Fergħa ta’ siġra tolqot mara fuq double decker
Mara weġġgħet ħafif f’wiċċha wara li ntlaqtet minn fergħa ta’ siġra waqt li kienet fuq double decker fl-Imdina.L-inċident li seħħ ilbieraħ reġa’ qanqal il-memorji...
Aġġornata: Ċiklista fil-periklu tal-mewt wara li tidħol ġo siġra
Żagħżugħa li kienet qiegħda ssuq ir-rota tagħha f'Burmarrad, tilfet il-kontroll tar-rota u baqgħet dieħla ġo siġra, b'konsegwenza li ttieħdet l-isptar u tinsab fil-periklu tal-mewt.L-inċident...