Tag: Sewwieq Mutur

Ritratti: Ħabta f’Għawdex: Imut sewwieq ta’ mutur

Sewwieq ta’ mutur tilef ħajtu meta kien involut f’ħabta f’Għajnsielem. L-inċident bejn il-mutur u karozza seħħ fi Triq il-Qala għall-ħabta tas-7.30pm.Is-sewwieq tal-mutur, Taljan ta’...

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi f’inċident tat-traffiku

Jirriżulta li seħħet ħabta bejn mutur u vann bil-konsegwenza li s-sewwieq tal-mutur sofra xi ġrieħi.

Aġġornata: Sewwieq ieħor ta’ mutur jaħbat u jweġġa’

Sewwieq ieħor ta’ mutur kien involut f’inċident ieħor tat-traffiku, din id-darba dalgħodu, fi Vjal il-Kottoner fil-Fgura.

Baqa’ dieħel bil-mutur f’żewġ vetturi fix-Xlendi

Żagħżugħ ta' 18-il sena mix-Xewkija, li kien qed isuq mutur ġarrab xi ġrieħi wara li baqa' dieħel f'żewġ vetturi fix-Xlendi.

Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara li baqa’ dieħel f’karozza pparkjata

Il-każ seħħ meta s-sewwieq tal-mutur tilef il-kontroll u ħabat ma' karozza li kienet ipparkjata. Hu ttieħed l-isptar Mater Dei fejn kien iċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi wara li skidja

Raġel ta’ 41 sena residenti l-Fgura sofra ġrieħi gravi meta skidja bil-mutur tiegħu għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu fi Triq Reġjonali, Santa Venera.

Iweġġa’ gravi f’inċident f’Ħal Lija

Raġel ta’ 45 sena mill-Belt Valletta ġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku ħdejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija.

Aġġornata: Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi ħfief f’inċident tat-traffiku

Raġel ta’ 50 sena mhux fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur.

Aġġornata: Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ wara ħabta ma’ vann

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei fejn qiegħed jiġi eżaminat għal xi ġrieħi li seta’ sofra fl-inċident.

Ir-raġel li lbieraħ tajjar pulizija jwieġeb mhux ħati

Charles Gouder ta’ 41 sena minn Ħaż-Żabbar li lbieraħ laqat pulizija b’qoud bike, inżamm taħt arrest wara li wieġeb mhux ħati. Huwa qed jiġi akkużat b’20 każ relatati ma’ ksur tal-liġi tas-sewqan, ma’ serq u anke li kkawża ġrieħi fuq persuna.