Tag: Sanremo
Al Bano u Romina llejla lura f’Sanremo
Al Bano llejla se jkun flimkien mal-eks mara tiegħu Romina Power, b’silta ġdida li ġġib l-isem ta’ Raccogli l’Attimo, l-ewwel dwett tagħhom fi żmien 25 sena. Illejla se jkunu qed iniedu wkolll kanzunetta oħra bis-silta Cambierà. Se titwassal ukoll medley ta’ wħud mill-kanzunetti popolari tagħhom.
Illejla jibda Sanremo
Achille Lauro, Anastasio, Bugo e Morgan, Diodato, Elodie, Irene Grandi, Raphael Gualazzi, Marco Masini, Rita Pavone, Riki, Le Vibrazioni u Alberto Urso huma dawk li se jkunu qed jikkompetu f’din l-ewwel serata.
Edizzjoni speċjali f’għeluq is-70 sena ta’ Sanremo
Ikomplu jinħarġu aktar aħbarijiet dwar is-70 edizzjoni ta’ Sanremo li se tkun qed jittella’ fit-teatru Ariston mit-Tlieta 4 ta’ Frar sas-Sibt 8 ta’ Frar. Din l-edizzjoni se tkun waħda speċjali peress li d-direttur artistiku Amadeus irid jikkommemra is-s70 sena ta’ storja ta’ dan il-festival u għalhekk it-tielet serata, fik tal-Ħamis 6 ta’ Frar se tkun dedikata biex jitwasslu mill-ġdid uħud mill-kanzunetti li naqxu isem fl-istorja ta’ dan il-festival. Uħud mill-kantanti se jkunu qed jinterpretaw ukoll dwetti ma’ mistiedna speċjali waqt il-festival.
Ritratti: Ara kif se jidher il-palk ta’ Sanremo
Id-direzzjoni viżiva tal-festival se tkun f’idejn Stefano Vicario, li diġà kien idderieġa erba’ edizzjonijiet oħra fil-passat, dawk tal-2004, tal-2005, tal-2009 u l-aħħar waħda tiegħu dik tal-2012.
Ricchi e Poveri jerġgħu jingħaqdu fil-format oriġinali
Għad-dehra tagħhom fil-festival fejn se jkunu mistiedna, Ricchi e Poveri se jidhru fil-format oriġinali tagħhom u dan ifisser li wara kważi 40 sena se jerġgħu jkunu Angela Brambati, Angelo Sotgiu, Franco Gatti e Marina Occhiena.
Tniedi kanzunetta ġdida f’għeluq it-80 sena tagħha
Zanicchi twieldet fit-18 ta' Jannar 1940. Iddebuttat b]ala kantanta waqt Campanile di sera mmexxi minn Mike Buongiorno u fl-1963 ħadet sehem fil-festival di Castrocaro bil-kanzunetta 6 Ore fejn klassifikat fit-tielet post.
Jingħaqdu flimkien għal Sanremo
Għal Malgioglio din il-kanzunetta li t-titlu tagħha s’issa mhux magħruf, tfisser l-ewwel kitba oriġinali ta’ kanzunetta fi żmien 25 sena.
Jitħabbru l-kantanti għal Sanremo
Issa li lbieraħ waqt I Soliti Ignoti ħarġet il-lista tal-kantanti l-kbar u Al Bano u Romina mhux imsemmija, jifdal biss il-possibilità li jkunu preżenti bħala mistiedna, x'aktarx fis-serata li se tkun dedikata lill-istorja ta' 70 sena ta' dan il-festival.
Spettaklu kbir fuq Rai Uno
Għall-ħames sena konsekuttiva, Amadeus se jkun qed jippreżenta l-ispettaklu L'Anno Che Verra li se jkun qed jippreżenta l-ispettaklu L'Anno Che Verra li jibda fid-9pm, eżatt wara l-messaġġ tal-President tar-Repubblika Sergio Mattarella.
Tiziano Ferro għal Sanremo 2020
Ikomplu t-tħejjijiet għas-70 edizzjoni tal-festival ta’ Sanremo li se jsir fi Frar li ġej. Il-festival se jkun wieħed speċjali li jimmarka l-istorja twila ta’ dan il-festival popolari u d-direzzjoni artistika tiegħu se tkun f’idejn Amadeus li se jkun qed jippreżenta l-ħames serati li se jittellgħu bejn l-4 u t-8 ta’ Frar.