Tag: Sanremo

Imut Stefano D’Orazio ta’ I Pooh

Fil-kummenti tiegħu Riccardo Fogli qal li D'Orazio kien ilu ġimgħa rikoverat iżda b'turija ta' rispett ma tkellmux fil-pubbliku.

“Sanremo mingħajr udjenza fit-teatru ma jagħmilx sens” – Fiorello

L-edizzjoni li jmiss ta' Sanremo, il-71 waħda, mistennija tittella' bejn it-2 u s-6 ta' Marzu tas-sena dieħla.

Filmat: Diodato jirbaħ Sanremo

Għad mhux magħruf jekk Diodato hux se jirrappreżenta lill-Italja fil-Eurovision Song Contest li jmiss. Ir-regoli ta’ dan il-festival jgħidu li jekk min jirbaħ Sanremo ma jkunx irid imur għall-Eurovision, l-istazzjon nazzjonali Taljan jagħmel għażla interna minn fost il-parteċipanti l-oħra.

Mhux il-parteċipanti kollha ta’ Sanremo aċċettaw li jmorru l-Eurovision

Iżda minn informazzjoni li ħarġet, mhux il-parteċipanti kollha ta’ Sanremo huma ħerqana li jxejru l-bandiera Taljana fl-edizzjoni li jmiss tal-Eurovision u filfatt huma 16 mill-24 parteċipant li ffirmaw mal-organizzaturi li lesti li jmorru għall-Eurovision.

Filmat: Il-favoriti li llejla jirbħu Sanremo

Elodie bil-kanzunetta Andromeda tal-kantant Mahmood, hija l-favorita mal-bookmakers li tirbaħ is-70 edizzjoni tal-festival ta’ Sanremo li se jkun qed jixxandar b’mod dirett mit-teatru Ariston fuq l-istazzjon Rai Uno fid-8.40pm. Il-festival se jkun ippreżentat minn Amadeus u jinkludi l-parteċipazzjoni ta’ Fiorello u Tiziano Ferro.

Gianna Nannini, Johnny Dorelli u Antonella Clerici llejla f’Sanremo

Ir-raba’ serata tas-70 edizzjoni tal-festival ta’ Sanremo tixxandar illejla fuq Rai Uno fil-ħin tad-8.40pm, f’xandira diretta mit-teatru Ariston. Illejla se jkunu qed ikantaw l-24 kantanti kbar kif ukoll naraw jikkompeti l-4 parteċipanti li fadal fil-kategorija ta’ Nuove Proposte.

Serata ta’ dwetti llejla f’Sanremo

Illejla Amadeus jkun mgħejjun fil-preżentazzjoni mill-mudella Georgina Rodriguez, l-għarusa ta’ Cristiano Ronaldo, u l-preżentatriċi Albaniża Alketa Vejsiu.

Ara min se jieħu sehem illejla f’Sanremo

Fil-kategorija ta’ Nuove Proposte se jieħdu sehem Fasma, Matteo Faustini, Martinelli e Lula, u Marco Sentieri. Tnejn minn dawn jiġu eliminati filwaqt li t-tnejn l-oħra jgħaddu għall-fażi ta’ nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Frar.

Al Bano u Romina llejla lura f’Sanremo

Al Bano llejla se jkun flimkien mal-eks mara tiegħu Romina Power, b’silta ġdida li ġġib l-isem ta’ Raccogli l’Attimo, l-ewwel dwett tagħhom fi żmien 25 sena. Illejla se jkunu qed iniedu wkolll kanzunetta oħra bis-silta Cambierà. Se titwassal ukoll medley ta’ wħud mill-kanzunetti popolari tagħhom.

Illejla jibda Sanremo

Achille Lauro, Anastasio, Bugo e Morgan, Diodato, Elodie, Irene Grandi, Raphael Gualazzi, Marco Masini, Rita Pavone, Riki, Le Vibrazioni u Alberto Urso huma dawk li se jkunu qed jikkompetu f’din l-ewwel serata.