Tag: Sai Mizzi Liang

Il-Gvern jikkonferma li Sai Mizzi Liang qed taqdi d-doveri tagħha

Tul din l-aħħar sena kienet attiva flimkien mal-Malta Enterprise biex tidentifika l-potenzjal ta’ investiment lejn Malta.

Appell imqanqal mill-Oppożizzjoni għall-ħarsien tad-demokrazija

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, fl-Aġġornament illejla fil-Parlament, ikkundanna lill-Gvern li “qed imur kontra l-prinċipji tad-demokrazija” filwaqt li appella lill-poplu biex ma jħallix dan iseħħ.

Aġġornata: Sai Mizzi tħallas taxxa fuq nofs is-salarju biss – PN

Il-PN qal li l-pakkett ta' €13,000 fix-xahar li Sai Mizzi qed tgawdi mill-Gvern ġew ikkonfermati mill-kuntratt li l-Prim Ministru qiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.

Aġġornata: Il-PN jgħid li kellu raġun dwar it-€13,000 ta’ Sai Mizzi...

Il-Prim Ministru Joseph Muscat, fil-Parlament illejla, qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ Sai Mizzi Liang u l-pay slip tagħha. Dan waqt id-dibattitu li għaddej fil-Parlament bħalissa dwar il-ftehim li l-Gvern Malti ffirma maċ-Ċina fl-aħħar jiem hekk kif il-Prim Ministru għamel Stqarrija Ministerjali fil-ftuħ tas-seduta Parlamentari.

Aġġornata: Il-PN jitlob lill-Gvern jippubblika l-kuntratt ta’ Sai Mizzi

Il-Partit Nazzjonalista, qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat kellu jammetti li l-mod kif saret il-ħatra tal-mara tal-Ministru Konrad Mizzi, Sai Mizzi kien żbaljat. Aktar kmieni, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Sai Mizzi se tibda turi l-payslip iżda l-konċessjonijiet li tingħata huma simili għal dawk li jingħata kull ambaxxatur ieħor.

Il-PN jibqa’ jsostni li Sai Mizzi Liang taqla’ €13,000 fix-xahar

Il-PN qal li l-Gvern għandu jkun trasparenti, speċjalment wara li issa ilu jirrifjuta li jippubblika l-kuntratt ta’ Mizzi Liang li huwa mħallas mit-taxxi tal-poplu.

Malta u ċ-Ċina se jinvestu f’pajjiż Ewropew fl-Enerġija

Il-Prim Ministru qal li wasal iż-żmien li pajjiżna mhux biss jiġbed l-investiment lejħ imma jara kif jinvesti hu stess.

Aġġornata (2): Il-Malta Enterprise twieġeb dwar l-ingaġġ ta’ mart il-Ministru Mizzi

Il-Malta Enterprise sostniet li Sai Mizzi ġiet ingaġġata mill-Malta Enterprise fis-26 ta’ Awwissu li għadda għal perjodu definit.

Sai Mizzi Liang ma kellha l-ebda rwol fil-ftehim maċ-Ċina

Fil-jiem li għaddew ġie kkonfermat li Sai Mizzi Liang ingħatat kariga f’Malta Enterprise.