Tag: Saħħa Mentali

Għadd ‘inkwetanti’ ta’ pazjenti tas-saħħa mentali inċerti dwar l-istatus tagħhom

Stħarriġ li sar ma’ pazjenti f’faċilitajiet tas-saħħa mentali jindika li proporzjon “inkwetanti” tagħhom ma kellhomx idea ċara tas-sitwazzjoni tagħhom.

579 pazjent bi problemi tas-saħħa mentali jirċievu kura involontarja fl-2019

Il-Kummissarju għas-Saħħa Mentali rċieva 1274 applikazzjoni jew notifika dwar kura involontarja għal pazjenti bi problem tas-saħħa mentali matul is-sena 2019, u prattikament kollha – 1255 – ġew milqugħa.

It-telefonati tal-ġirien ta’ persuni bi problemi tas-saħħa mentali jikkonfermaw l-istigma

Il-customer care tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali jirċievi numru konsiderevoli ta’ telefonati minn ġirien ta’ persuni bi problemi ta’ saħħa mentali, li jarawhom “mill-anqas bħala inkonvenjent, u fl-agħar każ anke bħala periklu.”

1 minn kull 5 żgħażagħ f’riskju ta’ dipressjoni – Aġenżija Żgħażagħ

Wieħed minn kull ħames żgħażagħ f’Malta bejn l-età tat-18 u l-24 sena jinsabu f’riskju li jaqgħu f’dipressjoni. Dan intqal fi stqarrija ta’ Aġenzija Żgħażagħ bħala parti mit-tnedija tal-proġett bl-isem ta’ “Trust yourself to talk. Anxiety is this you?”

Filmat: Inawgurati kliniċi ta’ għall-kura ta’ saħħa mentali fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’...

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u l-mara tal-Prim Ministru Lydia Abela inawguraw kliniċi ġodda tal-kura tas-saħħa mentali fiċ-Ċentru tas-Saħħa f’Ħal Qormi. Dan sar fl- okkażjoni tal-Jum Dinji għas-Saħħa Mentali

Bżonn ta’ strateġija biex is-saħħa mentali tkun indirizzata fil-komunità – CRPD

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) qiegħda tappella biex issir strateġija sabiex persuna b’diżabilità jiddeċiedu ma’ min u fejn jixtiequ jgħixu ħajja dinjituża u jkunu jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet huma.

“Ir-realtà hi li l-problemi ta’ saħħa mentali jistgħu jaffettwaw lil kulħadd”...

Ir-realtà hi li l-problemi ta’ saħħa mentali jistgħu jaffettwaw lil kulħadd. Dan intqal mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex permezz ta’ stqarrija dwar il-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali li jitfakkar għada, 10 ta’ Ottubru.

Mhux dejjem qed inlaħħqu mal-bżonn tal-għajnuna – Richmond

L-għajnuna u t-telefonati żdiedu l-aktar biex jingħataw informazzjoni dwar l-ansjetà marbuta mal-COVID-19

67% bi problemi ta’ saħħa mentali fuq ix-xogħol

L-aktar komuni l-anzjetà u l-istress

Mgħajra dgħajfa għax l-għarus għandu kundizzjoni mentali

Karin Cassar ġiet mgħajra dgħajfa għax l-għarus tagħha għandu l-kundizzjoni mentali tal-iskrisofrenija.