Tag: Ruzarju

Rużarju mill-Papa mxandar f’Ta’ Pinu fil-ħin li kellu jkun Malta

Il-Papa Franġisku se jmexxi rużarju fil-Vatikan nhar is-Sibt li ġej, bix-xewqa li l-inizjattiva tiegħu tkun replikata fl-istess ħin fis-santwarji nazzjonali. Fl-istess jum u ħin, il-Papa kellu jkun fis-Santwarju ta' Pinu, għalhekk, fis-santwarju se jixxandar ir-rużarju tal-Papa.

Filmat: Jitolbu flimkien bħalma jiċċelebraw flimkien

Il-Beltin jgħidu r-rużarju flimkien, apparti li jiċċelebraw

Rużarju mid-djar quddiem il-Madonna ta’ Pinu nhar l-Erbgħa

Il-Knisja qed issejjaħ lill-familji Nsara biex nhar l-Erbgħa 25 ta’ Marzu jgħidu r-rużarju minn djarhom quddiem ix-xbieha tal-Madonna Ta’ Pinu mxandra fuq TVM2.

Ir-Rużarju jgħaqqad miljun tifel u tifla

Nhar it-18 ta’ Ottubru, il-fondazzjoni Aid to the Church in Need qed torganizza biex mijiet ta’ tfal jingħaqdu biex jgħidu r-rużarju u jitolbu għal...

Awdjo: Jagħmel il-kuruni tar-rużarju miż-żrieragħ

Minn kuruna ta’ sitt pulzieri sa kuruna kbira tal-prinjola daqs gwardarobba. Aktar minn 100 kuruna tar-rużarju li Fr George Camilleri għamel minn żrieragħ differenti li nsibu f’Malta u fl-Indja.

Stiker tfakkrek biex tgħid ir-Rużarju

Grupp ta’ żgħażagħ minn Texas ġab miegħu rigal għal dawk li se jkunu preżenti għal quddies.

“Il-familja Nisranija hija familja missjunarja” – Il-Papa Franġisku

Dalgħodu l-Pjazza ta’ San Pietru fil-Vatikan imtliet b’eluf ta’ persuni għall-Quddiesa mmexija mill-Papa Franġisku fl-okkażjoni tal-Ġurnata ddedikata lill-Familji.

“Min isib ir-Rużarju jkun sab muftieħ tad-deheb” – L-Isqof Grech

L-Isqof ta’ Għawdex Monsinjur Mario Grech f’ċirkolari li se tinqara nhar il-Ħadd li ġej waqt il-quddies fid-Djoċesi ta’ Għawdex, tkellem dwar l-importanza tat-talba tar-Rużarju

Filmat: It-talba tar-Rużarju…mit-tfal għat-tfal!

F'attività li saret Ta' Qali il-Ħadd waranofsinhar, mijiet ta' tfal ħadu sehem f'ċelebrazzjoni li matulha setgħu jifhmu aħjar it-talba tar-Rużarju

Kont taf li tmiem ta’ Pontifikat iġib tibdil żgħir fit-talba tar-Rużarju...

Ġaladarba jintemm Pontifikat, waqt ir-Rużarju jibda jingħad biex l-Ispirtu s-Santu jdawwal il-kardinali li se jeleġġu Papa ġdid.