Tag: riċiklaġġ

Multa ta’ €150 jekk tarmi skart ħdejn iBiNs – GreenPak

Il-GreenPak COOP wissiet lill-pubbliku li kull min jarmi materjal riċiklabbli ħdejn l-iBiNs u jinqabad jagħmel dan fuq kameras tas-CCTV jeħel multa ta’ €150.

Annimali mejta mormija fil-boroż tar-riċiklaġġ – WasteServ

Dalgħodu l-WasteServ ippubblikat ritratt grafiku li juri fenek mejjet fuq il-linja tar-riċiklaġġ tagħha. Qalet li sfortunatament għadhom jinstabu annimali mejtin ta’ kuljum fuq din il-linja. Jidher li hemm persuni li jarmu l-annimali mejtin fil-borża griża, jiġifieri dik li tintuża għal affarijiet riċiklabbli.

Il-fliexken riċiklabbli: soluzzjoni għall-plastik?

ħala parti mill-kampanja nazzjonali L-Ilma, Ibda Minnek, waqt l-avvenimenti pubbliċi f’lokalitajiet varji qed jitqassmu fliexken tal-ilma tal-istainless steel.