Tag: Qtugh Tad Dawl

Qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-Mosta, in-Naxxar u partijiet mill-Iklin

Enemalta plc qed tinforma lilll-pubbliku li fl-aħħar ħinijiet esperjenzat ħsarat fis-sistema ta' distribuzzjoni tagħha li waslet għal qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-Mosta, in-Naxxar u partijiet...

L-MHRA ma tridx tokens imma provvista aħjar tal-elettriku

L-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti, l-MHRA qalet li l-intrapriżi u dawk li jaħdmu fis-settur ma jridux kumpens bħal ma tħabbar ilbieraħ, imma provvista tal-elettriku f’kundizzjoni tajba u bi prezz tajjeb.

In-negozji jridu li jingħataw kumpens minħabba l-qtugħ tad-dawl

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) qed titlob lil Gvern biex jaħseb fin-negozji u jagħtihom kumpens għad-danni li sofrew meta l-ġimgħa li għaddiet Malta kollha spiċċat bla dawl. L-MEA sostniet li l-Gvern għandu jagħmel tajjeb ukoll għall-pagi tal-ħaddiema li kienu xogħol iżda ma setgħux jaħdmu.

Mistenni aktar qtugħ ta’ dawl f’xi toroq

Qarrejja ta’ Newsbook.com.mt li joqogħdu l-Ħamrun u Santa Venera ilmentaw ma’ dan is-sit li matul dan il-lejl kienu mingħajr dawl, liema qtugħ fil-provvista tal-elettriku jidher li dam għal madwar sagħtejn.

​Il-qtugħ tad-dawl affetwa wkoll fil-waterpolo

Il-finali tan-Knock Out tal-Ewwel Diviżjoni bejn Marsaskala u Otters, twaqqfet fit-tieni sessjoni meta l-iskor kien ta’ 3-2 favur Marsaskala.

L-Enemalta ssejjaħ konferenza dwar għaliex inqata’ d-dawl

Il-konferenza mistennija tibda fl-10.30 ta' dalgħodu. Newsbook.com.mt se jkun qed iżommkom aġġornati b'dak li se jintqal fil-konferenza.

Qtugħ ta’ dawl mhux mistenni f’partijiet ta’ Ħaż Żabbar

Il-Korporazzjoni Enemalta qalet li matul il-lejl ħadmet biex treġġa lura l-provvista tal-elettriku f’partijiet ta’ Ħaż Żabbar wara li żviluppat ħsara fi ‘transformer’ fl-inħawi.

Aġġornata: Partijiet minn San Vinċenz De Paule bla dawl

Skont informazzjoni li għandu dan is-sit, l-aktar parti milquta hija l-Activity Centre. Id-dawl f’din is-sezzjoni ilu maqtuħ għal madwar sagħtejn

Ħsara fuq 3 cables twassal għal qtugħ tal-elettriku fin-naħa ta’ fuq...

Bħalissa, ħaddiema tal-Enemalta qed isewwu l-ħsarat fuq it-tliet cables li lbieraħ filgħaxija wasslu għal qtugħ fil-provvista tal-elettriku fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta kif ukoll f’Għawdex.

Aġġornata: Għawdex bla dawl – ħsara f’cable

Id-dawl inqata’ għall-ħabta tal-10pm. Ħaddiema tal-Enemalta qed jaħdmu biex isewwu l-ħsara li żviluppat.