Tag: Prostituzzjoni

“Ma nivvintawx rota li ma taħdimx fejn tidħol il-prostituzzjoni” – Coleiro...

Il-Presidenti Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca semmgħet leħinha fuq il-kwistjoni tal-prostituzzjoni u appellat biex ma tiġix ivvintata rota li ma taħdimx.

Il-prostituzzjoni eżerċizzju ta’ kontroll mill-irġiel fuq in-nisa – NCPE

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) spjegat li l-prostituzzjoni hija primarjament eżerċizzju ta’ poter u kontroll mill-irġiel fuq in-nisa. Qalet dan fi stqarrija fejn spjegat li l-maġġoranza assoluta tal-prostituti huma nisa, filwaqt li l-maġġoranza assoluta tal-pimps u l-klijenti huma rġiel.

Il-Kumitat Tekniku qed jipproponi li Malta tiġi stat ta’ prostituzzjoni –...

Il-Koalizzjoni dwar it-Traffikar Uman u l-Prostituzzjoni qalet li l-Gvern ta l-approvazzjoni tiegħu biex Malta tittrasforma f’ċentru ta’ turiżmu sesswali. Dan sar permezz ta’ kumitat tekniku 'difettuż' li qed jipproponi li l-postituzzjoni diġi dikriminalizzata.

“Ħadulha lit-tarbija b’care order; iddur bil-pushchair għax bla dar”

Storja ta' mara bi problemi ta' saħħa mentali

Il-legalizzazzjoni tal-prostituzzjoni r-rigal tal-Gvern f’Jum il-Mara – Buttigieg

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttiġieġ qalet li r-rigal lin-nisa f'Jum il-Mara l-Gvern tahulhom il-ġimgħa li għaddiet meta s-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar ħabbret li se tiftaħ il-bibien għall-prostituzzjoni.

Drittijiet lis-sex workers; mhux legalizzazzjoni tal-briedel – Rosianne Cutajar

Is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar qalet li hi titkellem ma' ħafna 'sex workers' li ma jinteressahomx li joħorġu mill-prostituzzjoni iżda jridu li jkollhom id-drittijiet tagħhom u ma jiġux sfruttati. Meta kienet qed titkellem fil-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, Cutajar qalet li dawn il-persuni jibagħtulha ħafna messaġġi u mhumiex interessati f'exit programmes. Hi qalet li l-Gvern m'għandux intenzjoni li jillegalizza l-briedel iżda jrid jagħti d-drittijiet lil dawn il-persuni.

NGOs jgħidu lill-PM biex ma jgħaġġilx bir-riformi dwar il-prostituzzjoni

Għadd ta’ NGOs avżaw lill-Gvern li meta wieħed jiddekriminalizza l-prostituzzjoni mingħajr ma jikkriminalizza lix-xerrej, dan se jiftaħ il-bibien għat-traffikar bir-riskju li Malta tinbidel f’post magħruf għat-turiżmu tas-sess.

Filmat: X’jaħseb Robert Abela dwar l-abort, id-droga u l-prostituzzjoni?

Robert Abela tkellem dwar tliet suġġetti li jinsabu fil-mira tad-diskussjonijiet fil-pajjiż: l-abort, il-prosituzzjoni u l-kannabis. Hu kien qed jiġi intervistat LIVE minn Fr Joe Borg fuq Newsbook.com.mt. Abela qed jikkontesta l-irwol ta’ Mexxej tal-Partit Laburista wara li Joseph Muscat ħabbar li se jkun qed jirreżenja f’Jannar.